Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

MISTOQSIJA 10

Il-Bibbja xi twiegħed għall-futur?

“Il-ġusti se jirtu l-art, u jgħammru fiha għal dejjem.”

Salm 37:29

“L-art tibqaʼ wieqfa għal dejjem.”

Ekkleżjasti 1:4

“Hu jiblaʼ l-mewt għal dejjem, u l-Mulej Sovran Ġeħova se jimsaħ id-dmugħ mill-uċuħ kollha.”

Isaija 25:8

“F’dak iż-żmien jinfetħu għajnejn l-għomja, u jinfetħu widnejn it-torox. Dak iż-żmien iz-zopp se jixxabbat bħaċ-ċerv, u lsien il-mutu se jgħajjat bil-ferħ. Għax fix-xagħri jkunu ħarġu l-ilmijiet, u fil-pjanura tad-deżert igelglu widien taʼ ilma.”

Isaija 35:5, 6

“Jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ. L-affarijiet taʼ qabel ikunu spiċċaw.”

Rivelazzjoni 21:4

“Se jibnu djar u jgħammru fihom; u jħawlu għelieqi bid-dwieli u jieklu frotthom. Ma jibnux u jgħammar ħaddieħor; ma jħawlux u jiekol ħaddieħor. Għax jiem in-nies tiegħi jkunu bħall-jiem taʼ siġra; u l-magħżulin tiegħi se jużaw xogħol idejhom bis-sħiħ.”

Isaija 65:21, 22