It-Tielet Ittra taʼ Ġwanni 1:1-14

  • Introduzzjoni tal-ittra u talba (1-4)

  • Ifaħħar lil Gaju (5-8)

  • Dijotrefe hu ambizzjuż (9, 10)

  • L-aħwa tkellmu tajjeb dwar Demetriju (11, 12)

  • Jittama li jmur jarahom; iselli għalihom (13, 14)

 Jien għandi ż-żmien* u qed nikteb lilek għażiż Gaju, li jien vera nħobb.  Għażiż ħija, jien nitlob biex ikollok saħħa tajba u biex f’ħajtek* kollox imur sew kif inhu issa.  Għax jien tgħidx kemm fraħt meta ġew xi aħwa u qaluli li int leali lejn il-verità, billi qed tgħix fi qbil magħha.  L-iktar ħaġa li tagħmilni ferħan* hi li nismaʼ li t-tfal tiegħi qed jgħixu fi qbil mal-verità.  Għażiż ħija, int turi lealtà f’dak li tagħmel mal-aħwa, avolja ma tkunx tafhom.  Huma qalu lill-kongregazzjoni dwar kemm turi mħabba. Iktar tard meta jitilqu, jekk jogħġbok agħmel l-aħjar li tistaʼ biex tgħinhom b’mod li jogħġob lil Alla.  Għax huma marru jxandru dwar l-isem t’Alla, u ma stennew xejn mingħand in-nies tal-popli.  Għalhekk, aħna obbligati li nuru ospitalità maʼ nies bħal dawn, biex inkunu ħaddiema sħabhom fil-verità.  Qed nikteb din l-ittra lill-kongregazzjoni, imma Dijotrefe, li jħobb ikollu l-aqwa pożizzjoni fostkom, ma jaċċettax b’rispett dak li qed ngħidu. 10  Hu għalhekk li jekk niġi, se nuri li hu qiegħed jigdeb u jitkellem ħażin dwarna man-nies.* U peress li lanqas b’dan ma kien kuntent u ma riedx jilqaʼ lill-aħwa b’rispett, hu pprova jfixkel u jkeċċi mill-kongregazzjoni lil dawk li riedu jilqgħuhom. 11  Għażiż ħija, timitax lil min jagħmel il-ħażin, imma imita lil min jagħmel it-tajjeb. Min jagħmel it-tajjeb ikun qed jimita lil Alla. Min jagħmel il-ħażen ma sarx jaf lil Alla. 12  L-aħwa tkellmu tajjeb dwar Demetriju, u dan hu kkonfermat mill-fatt li jgħix fi qbil mal-verità. Fil-fatt, anki aħna nagħtu xhieda dwaru, u int taf li dak li ngħidu hu veru. 13  Għandi ħafna x’ngħidlek, imma ma nixtieqx nagħmel dan bil-kitba. 14  Qed nittama li ma ndumx ma narak u li nitkellmu wiċċ imb wiċċ. Jalla jkollok il-paċi. Il-ħbieb* t’hawn isellu għalik. Sellili għall-ħbieb t’hemm wieħed wieħed.

Noti taʼ taħt

Jew “anzjan.”
Jew “ruħek.”
Jew forsi “li jien grat għaliha.”
Letteralment “ipaċpaċ fuqna kliem mill-agħar.”
Qed jirreferi għall-aħwa Kristjani.