Isaija 2:1-22

2  Dak li Isaija bin Għamoż ra f’viżjoni dwar Ġuda u Ġerusalemm:+  U jrid iseħħ li fl-aħħar parti tal-jiem+ il-muntanja tad-dar+ taʼ Ġeħova ssir stabbilita fis-sod ’il fuq mill-quċċata tal-muntanji,+ u titgħolla ’l fuq mill-għoljiet;+ u lejha jiġru l-ġnus kollha.+  U ħafna popli jmorru u jgħidu: “Ejjew,+ ħa nitilgħu lejn il-muntanja taʼ Ġeħova, lejn id-dar taʼ l-Alla taʼ Ġakobb; u hu jgħallimna dwar triqatu, u aħna nimxu fil-mogħdijiet tiegħu.”+ Għax minn Sijon toħroġ il-liġi, u l-kelma taʼ Ġeħova minn Ġerusalemm.+  U hu jagħmel il-ħaqq fost il-ġnus+ u jirranġa+ l-affarijiet kollha għall-ġid taʼ ħafna popli.+ U jkollhom jaħdmu sjufhom f’sikek tal-moħriet u l-lanez tagħhom fi skieken taż-żabra.+ Ġens ma jerfax sejf kontra ġens, u ma jitħarrġux iktar għall-gwerra.+  O intom taʼ dar Ġakobb, ejjew ħa nimxu fid-dawl taʼ Ġeħova.+  Għax int abbandunajt lill-poplu tiegħek, id-dar taʼ Ġakobb.+ Għax huma mtlew b’dak li ġej mil-Lvant,+ u jipprattikaw il-maġija+ bħall-Filistin, u huma miżgħudin b’ulied il-barranin.+  U arthom mimlija bil-fidda u d-deheb, u t-teżori tagħhom bla limiti.+ U arthom mimlija żwiemel, u għandhom karrijiet bla limitu.+  U arthom mimlija allat bla siwi.+ Imilu quddiem xogħol l-idejn, quddiem dak li hu magħmul bis-swabaʼ.+  U l-bniedem jitniżżel, u r-raġel jitbaxxa, u ma jistax ikun taħfrilhom.+ 10  Idħol fil-blat u nħeba fit-trab minħabba t-twerwir minn Ġeħova u s-superjorità tiegħu taʼ l-għaġeb.+ 11  L-għajnejn suppervi tal-bniedem iridu jitbaxxew, u l-kburija taʼ l-irġiel trid titniżżel;+ u Ġeħova waħdu jrid jitqiegħed fl-għoli f’dak il-jum.+ 12  Għax hu l-jum taʼ Ġeħova taʼ l-armati.+ Qiegħed fuq kulmin hu mkabbar u mgħolli u fuq kulmin hu merfugħ jew baxx;+ 13  u fuq iċ-ċedri kollha tal-Libanu+ li huma għoljin u merfugħin u fuq kull siġra immensa tal-Basan;+ 14  u fuq il-muntanji għoljin kollha u fuq l-għoljiet kollha merfugħin;+ 15  u fuq kull torri għoli u fuq kull sur fortifikat;+ 16  u fuq il-bastimenti kollha taʼ Tarsis+ u fuq id-dgħajjes sbieħ kollha. 17  U s-suppervja tal-bniedem trid titniżżel, u l-kburija taʼ l-irġiel trid titbaxxa;+ u Ġeħova waħdu jrid jitqiegħed fl-għoli f’dak il-jum.+ 18  U l-allat bla siwi se jgħibu għalkollox.+ 19  U n-nies jidħlu fl-għerien tal-blat u fil-ħofor tat-trab minħabba t-twerwir minn Ġeħova u s-superjorità tiegħu taʼ l-għaġeb,+ meta jqum biex l-art titriegħed.+ 20  F’dak il-jum il-bniedem se jaqbad l-allat tiegħu tal-fidda li ma jiswew xejn u l-allat tiegħu tad-deheb li huma bla siwi u li ntgħamlulu biex imil quddiemhom, u jitfagħhom lill-ġrieden* u lill-friefet il-lejl,+ 21  biex jidħol fil-ħofor tal-blat u fix-xquq taʼ l-irdumijiet, minħabba t-twerwir minn Ġeħova u s-superjorità tiegħu taʼ l-għaġeb,+ meta jqum biex l-art titriegħed. 22  Għall-ġid tagħkom stess, itilquh lill-bniedem, li nifsu qiegħed fi mnifsejh,+ għax għalfejn għandu jiġi kunsidrat?+

Noti taʼ taħt

Jew, “lill-ġrieden taʼ geddumhom twil.”