Isaija 43:1-28
43 U issa hekk qal Ġeħova, il-Ħallieq tiegħek,+ O Ġakobb, u Dak li sawrek,+ O Israel: “Tibżax, għax jien xtrajtek mill-ġdid.+ Sejjaħtlek b’ismek.+ Int tiegħi.+
2 Jekk tgħaddi mill-ilmijiet,+ jien inkun miegħek;+ u mix-xmajjar, dawn ma jgħarrqukx.+ Jekk ikollok tgħaddi min-nar, ma tinħaraqx, u l-fjamma ma xxawtekx.+
3 Għax jien Ġeħova Alla tiegħek, il-Qaddis taʼ Israel is-Salvatur tiegħek.+ Jien tajt l-Eġittu b’fidwa għalik,+ l-Etjopja+ u Seba minflokok.
4 Peress li int kont prezzjuż f’għajnejja,+ qistek onorabbli, u ħabbejtek.+ U nagħti bnedmin minflokok, u ġnus minflok ruħek.+
5 “Tibżax, għax jien miegħek.+ Minn tlugħ ix-xemx inġib lil nislek, u minn inżul ix-xemx niġbrok flimkien.+
6 Se ngħid lit-tramuntana,+ ‘Ċedi!’ u lin-nofsinhar, ‘Iżżommhomx lura. Ġib lil uliedi s-subien mill-bogħod, u lil uliedi l-bniet minn tarf l-art,+
7 lil kulmin jissejjaħ b’ismi+ u li jien ħlaqt għall-glorja tiegħi,+ li jien sawwart, iva, li jien għamilt.’+
8 “Oħroġ lil poplu agħma għalkemm għandu għajnejn, u lil dawk torox għalkemm għandhom widnejn.+
9 Ħa jinġabru flimkien il-ġnus kollha f’post wieħed, u ħalli l-popli jinġemgħu flimkien.+ Min hemm fosthom li jistaʼ jgħid dan?+ Jew jistgħu jsemmgħulna l-affarijiet li se jiġru l-ewwel?+ Ħa jġibu x-xhieda tagħhom,+ sabiex jiġu dikjarati ġusti, jew ħa jisimgħu u jgħidu, ‘Din hi l-verità!’”+
10 “Intom ix-xhieda tiegħi,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, “iva, il-qaddej tiegħi li jien għażilt,+ sabiex tkunu tafu+ u jkollkom il-fidi fija,+ u sabiex tifhmu li jien l-istess Wieħed.+ Qabli ma ssawwar ebda Alla,+ u warajja baqaʼ ma kien hemm ħadd.+
11 Jien—jien Ġeħova,+ u m’hemm ebda salvatur ħliefi.”+
12 “Jien tkellimt u salvajt u semmajt,+ meta ma kien hemm fostkom ebda alla barrani.+ Għalhekk, intom ix-xhieda tiegħi,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, “u jien Alla.+
13 Barra minn hekk, dan iż-żmien kollu jien bqajt l-istess Wieħed;+ u m’hemm ħadd li jistaʼ jipprovdi ħelsien minn idi.+ Se nieħu azzjoni,+ u min jistaʼ jreġġagħha lura?”+
14 Hekk qal Ġeħova, Dak li xtrakom lura,+ il-Qaddis taʼ Israel:+ “Minħabba fikom se nibgħathom lejn Babilonja u nniżżel l-istaneg tal-ħabsijiet+ u lill-Kaldin fuq il-bastimenti, u huma se jixhru.+
15 Jien Ġeħova l-Qaddis tagħkom,+ il-Ħallieq taʼ Israel,+ is-Sultan tagħkom.”+
16 Hekk qal Ġeħova, li għamel triq fil-baħar u mogħdija f’nofs ilmijiet qawwijin,+
17 Dak li ħareġ il-karru tal-gwerra u ż-żiemel, il-qawwa militari u l-irġiel b’saħħithom fl-istess ħin:+ “Se jimteddu.+ Ma jqumux.+ Żgur jintfew.+ Bħal ftila tal-kittien se jintfew.”+
18 “Tiftakrux l-ewwel affarijiet, u toqogħdux tqisu l-affarijiet taʼ qabel.
19 Ara! Qed nagħmel xi ħaġa ġdida.+ Issa se tfiġġ. Se tkunu tafuha, hux hekk?+ Tabilħaqq, minn ġox-xagħri se nagħmel triq,+ xmajjar minn ġod-deżert.+
20 Il-bhima salvaġġa tar-rabaʼ se tigglorifikani,+ ix-xakalli u n-ngħam;+ għax jien se nkun ġibt l-ilma fix-xagħri, ix-xmajjar fid-deżert,+ biex nagħti jixrob lill-poplu tiegħi, il-magħżul tiegħi,+
21 il-poplu li sawwart għalija, sabiex jirrakkonta dwari affarijiet li jistħoqqilhom tifħir.+
22 “Imma int ma sejjaħtlix, O Ġakobb,+ għax xbajt minni, O Israel.+
23 Ma ġibtlix in-nagħaġ taʼ l-offerti sħaħ tal-ħruq, u bis-sagrifiċċji tiegħek ma gglorifikajtnix.+ Ma ġegħeltekx taqdini b’għotja, jew m’għejjejtekx bl-inċens abjad.+
24 Ma xtrajtlix bi flusek qasba aromatika;+ u ma xebbajtnix bix-xaħam tas-sagrifiċċji tiegħek.+ Fil-fatt, int ġegħelt lili naqdi minħabba dnubietek; jien għejejt bl-iżbalji tiegħek.+
25 “Jien—jien li qed inħassar+ il-ksur tal-liġi tiegħek+ għan-nom tiegħi stess,+ u dnubietek m’iniex se niftakarhom.+
26 Fakkarni; ħa nidħlu f’ġudizzju flimkien;+ irrakkonta n-naħa tiegħek sabiex tieħu r-raġun.+
27 Missierek stess, l-ewwel wieħed, dineb,+ u l-kelliema tiegħek kisru l-liġi tiegħi.+
28 Għalhekk, se nkasbar il-prinċpijiet tal-post qaddis, u se nagħti lil Ġakobb bħala raġel dedikat għall-qerda* u lil Israel biex jiġi mgħajjar.+