Salm 1:1-6

  • Id-differenza bejn it-tajbin u l-ħżiena

    • Min jaqra l-liġi t’Alla jkun ferħan (2)

    • Il-ġusti huma bħal siġra li tagħti l-frott (3)

    • Il-ħżiena huma bħal qoxra taʼ żerriegħa li ttir mar-riħ (4)

1  Ferħan ikun min ma jimxix fuq il-parir tal-ħżiena,Li ma joqgħodx mal-midinbin,*U li ma joqgħodx bilqiegħda maʼ dawk li jmaqdru kulma hu tajjeb.   Imma jħobb ħafna l-liġi taʼ Ġeħova,U jaqraha u jimmedita fuqha* lejl u nhar.   Hu jkun bħal siġra mħawla ħdejn l-ilma,Siġra li tagħti l-frott fl-istaġun tagħhaU li l-weraq tagħha ma jinxifx. Hu jirnexxi f’kulma jagħmel.   Imma l-ħżiena mhumiex hekk. Huma bħal qoxra taʼ żerriegħa li ttir mar-riħ.   Huwa għalhekk li l-ħżiena se jiġu kkundannati fil-ġudizzju,U l-midinbin mhux se jibqgħu fost it-tajbin.   Għax Ġeħova japprezza dak li jagħmlu t-tajbin,Imma hu se jeqred lill-ħżiena u dak li jagħmlu.

Noti taʼ taħt

Jew “nies li jagħmlu d-dnub.”
Jew “jaqraha minn taħt l-ilsien.”