Salm 101:1-8

  • Mexxej li jaġixxi b’lealtà

    • ‘Mhux se nittollera lil min hu kburi’ (5)

    • “Jien napprezza lil dawk li huma leali” (6)

Għanja taʼ David. 101  Jien se nkanta dwar l-imħabba, il-lealtà,* u l-ġustizzja. Jien se nfaħħrek bil-kant,* Ġeħova.   Jien se naġixxi b’għaqal u b’lealtà.* Meta se tgħinni? Anki fid-dar tiegħi se nagħmel dak li hu tajjeb.   Jien mhux se nħares lejn dak li hu ħażin.* Jien nobgħod l-affarijiet li jagħmlu dawk li jitilqu mit-triq it-tajba;Mhu se jkolli xejn x’naqsam magħhom.   Jien nitbiegħed minn dawk li għandhom qalb qarrieqa;Mhux se nagħmel xi ħaġa ħażina.*   Jien se nsikket* lil kull min jaqlaʼ qlajjaʼ fuq ħaddieħor bil-moħbi. Jien ma nifilħux lil min hu kburi u arroganti.   Jien napprezza lil dawk li huma leali. Huma se jgħixu miegħi. Dawk li huma bla ħtija* se jaqduni.   Ebda persuna diżonesta mhu se tgħix fid-dar tiegħi,U ebda giddieb mhu se jibqaʼ quddiemi.   Kull filgħodu, jien se nsikket* lill-ħżiena kollha tal-art,Jien se neqred lil dawk li jagħmlu l-ħażen mill-belt taʼ Ġeħova.

Noti taʼ taħt

Jew “dwar l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “indoqqlok il-mużika.”
Jew “bla nuqqas.”
Jew “dak li mhu tajjeb għal xejn.”
Letteralment “Ma rridx naf bil-ħażen.”
Jew “se neqred.”
Jew “leali.”
Jew “se neqred.”