Salm 124:1-8
Għanja tat-Tlajjaʼ. Għanja taʼ David.
124 “Li kieku Ġeħova ma kienx magħna,”(Ħa jirrepetu dan l-Iżraelin)
2 “Li kieku Ġeħova ma kienx magħnaMeta l-għedewwa attakkawna,
3 Kienu jibilgħuna ħajjin,Minħabba r-rabja kbira li kellhom għalina.
4 Kieku kienu jġorruna bħall-ilmijietU jkaxkruna* bħall-wied.
5 Kieku għaddew minn fuqna* bħall-mewġ qawwi.
6 Ħa jkun imfaħħar Ġeħova,Għax hu pproteġiena mill-għedewwa li huma bħal annimali feroċi.
7 Aħna* bħal għasfur li ħarabMin-nassa taʼ kaċċatur;In-nassa kienet imkissra,U aħna ħrabna.
8 L-għajnuna tagħna tiġi mingħand Alla, li jismu Ġeħova,Dak li Għamel is-sema u l-art.”