Salm 127:1-5

  • Mingħajr Alla, kollox ikun għalxejn

    • “Jekk Ġeħova ma jibnix id-dar” (1)

    • It-tfal huma rigal mingħand Alla (3)

Għanja tat-Tlajjaʼ. Għanja taʼ Salamun. 127  Jekk Ġeħova ma jibnix id-dar,Ikun għalxejn li l-bennejja jaħdmu iebes fuqha. Jekk Ġeħova ma jipproteġix il-belt,Ikun għalxejn li l-għassies jibqaʼ mqajjem.   Għalxejn tqum kmieni,Torqod tard,U titħabat għall-ikel,Għax hu l-wieħed li jipprovdi għal dawk li jħobbWaqt li jgħinhom jorqdu b’moħħhom mistrieħ.   It-tfal huma wirt mingħand Ġeħova;It-tfal* huma rigal mingħand Alla.   It-tfal taʼ raġel żagħżugħHuma bħal vleġeġ f’id raġel b’saħħtu.   L-irġiel li jimlew il-barżakka b’dawn il-vleġeġ se jkunu ferħanin. Dawn mhux se jiġu umiljati,Għax it-tfal tagħhom se jaqbżu għalihom kontra l-għedewwa f’bieb il-belt.

Noti taʼ taħt

Letteralment “Frott il-ġuf.”