Salm 136:1-26

  • L-imħabba u l-lealtà taʼ Ġeħova jibqgħu għal dejjem

    • Hu għamel is-sema u l-art bl-għerf (5, 6)

    • Il-Fargħun miet fil-Baħar l-Aħmar (15)

    • Alla jiftakar f’dawk dipressi (23)

    • Ikel għan-nies u l-annimali kollha (25)

136  Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;L-imħabba u l-lealtà* tiegħu jibqgħu għal dejjem.   Irringrazzjaw lill-Alla tal-allat,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.   Irringrazzjaw lis-Sid tas-sidien,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.   Hu biss jagħmel affarijiet tal-għaġeb,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.   Hu għamel is-sema bl-għerf,*Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.   Hu poġġa l-art fuq l-ilmijiet,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.   Hu għamel dwal qawwijin fis-sema,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.   Għamel ix-xemx biex tiddi matul il-jum,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem,   U l-qamar u l-istilel biex jiddu matul il-lejl,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem. 10  Hu qatel lil kull l-ewwel imwieled tal-Eġittu,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem. 11  Hu ħareġ lil Iżrael mill-Eġittu,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem. 12  Hu għamel dan b’id b’saħħitha u qawwija,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem. 13  Hu qasam il-Baħar l-Aħmar fi tnejn,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem. 14  Hu għadda lil Iżrael minn nofsu,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem. 15  Hu kaxkar lill-Fargħun u l-armata tiegħu fil-Baħar l-Aħmar,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem. 16  Hu mexxa lill-poplu tiegħu fid-deżert,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem. 17  Hu għeleb lil rejiet kbar,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem. 18  Hu qatel lil rejiet b’saħħithom,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem, 19  Lil Siħon ir-re tal-Amurrin,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem, 20  U lil Għog ir-re tal-Basan,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem. 21  Hu ta l-art tagħhom bħala wirt,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem, 22  Bħala wirt lill-qaddej tiegħu Iżrael,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem. 23  Hu ftakar fina meta konna skuraġġiti,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem. 24  Hu baqaʼ jeħlisna mill-għedewwa tagħna,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem. 25  Hu jagħti l-ikel lin-nies u l-annimali kollha,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem. 26  Irringrazzjaw lill-Alla tas-sema,Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

Noti taʼ taħt

Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “bl-intelliġenza.”