Salm 138:1-8
Għanja taʼ David.
138 Jien se nfaħħrek b’qalbi kollha.
Se nfaħħrek bil-kantQuddiem allat oħrajn.*
2 Se mmil lejn it-tempju* qaddis tiegħek,U se nfaħħar lil ismek,Għax int leali u tħobbna.
Għax int urejt li ismek u l-wegħdi tiegħek huma akbar minn kollox.*
3 Dakinhar li għajjattlek għall-għajnuna, int wiġibtni;Int għentni nkun kuraġġuż* u b’saħħti.
4 Ġeħova, ir-rejiet kollha tal-art se jfaħħruk,Għax huma se jkunu semgħu l-wegħdi li għamilt int.
5 Huma se jkantaw dwar l-affarijiet li għamel Ġeħova,Għax il-glorja taʼ Ġeħova hi kbira.
6 Għalkemm Ġeħova hu fl-għoli, hu jagħti kas lill-umli,Imma l-kburin ma jsirx ħabib tagħhom.*
7 Anki meta nkun fil-periklu, int iżżommni ħaj.
Int tuża l-qawwa tiegħek kontra l-għedewwa rrabjati tiegħi;Se ssalvani b’idek il-leminija.
8 Ġeħova, int se tagħmel dak kollu li wegħedtni.
Ġeħova, l-imħabba u l-lealtà* tiegħek jibqgħu għal dejjem.
Titlaqx lin-nies li int ħlaqt.
Noti taʼ taħt
^ Jew forsi “Se ndoqqlok il-mużika biex nisfida lil allat oħrajn.”
^ Jew “is-santwarju.”
^ Jew forsi “int kabbart kelmtek fuq ismek stess.”
^ Jew “għamiltli ruħi kuraġġuża.”
^ Letteralment “il-kburin jafhom biss mill-bogħod.”
^ Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.