Salm 147:1-20

  • Faħħru lil Alla għal dak li jagħmel bi mħabba

    • Hu jfejjaq lil dawk taʼ qalbhom maqsuma (3)

    • Hu jgħajjat l-istilel kollha b’isimhom (4)

    • Hu jgħatti l-art bil-borra bħal kutra tas-suf (16)

147  Faħħru lil Jah!* Hu tajjeb li nfaħħru bil-kant* lill-Alla tagħna;Kemm hu pjaċevoli u xieraq li nfaħħruh.   Ġeħova qed jibni lil Ġerusalemm;Qed jiġbor flimkien lill-Iżraelin li huma lsiera.   Hu jfejjaq lil dawk taʼ qalbhom maqsuma;Jinfaxxa l-ġrieħi tagħhom.   Hu jaf kemm hemm stilel;Jgħajtilhom kollha b’isimhom.   Il-Mulej tagħna hu kbir u b’saħħtu ħafna;L-għerf tiegħu* hu bla limitu.   Ġeħova jqajjem lill-umli,Imma jwaddab mal-art lill-ħżiena.   Irringrazzjaw lil Ġeħova bil-kant;Faħħru lill-Alla tagħna bil-kant waqt li ddoqqu l-arpa,   Lil Dak li jiksi s-sema bis-sħab,Dak li jipprovdi x-xita għall-art,Dak li jkabbar il-ħaxix fuq il-muntanji.   Hu jagħti l-ikel lill-annimali,Lill-frieħ taċ-ċawluni li jgħajtu bil-ġuħ. 10  Is-saħħa taż-żiemel mhi xejn għalih;Lanqas jimpressjona ruħu bis-saħħa* tal-bniedem. 11  Imma Ġeħova jieħu pjaċir b’dawk li jirrispettawh ħafna,*Hu jieħu pjaċir b’dawk li jittamaw fl-imħabba u l-lealtà* tiegħu. 12  Ġerusalemm, igglorifika lil Ġeħova. Sijon, faħħar lill-Alla tiegħek. 13  Hu jissoda l-istaneg tal-bibien tal-belt tiegħek;Ibierek lit-tfal tiegħek. 14  Hu jġib il-paċi fit-territorju tiegħek;Ixebbgħek bl-aqwa qamħ. 15  Hu jagħti kmand lill-art;Dak li jgħid jasal hemm malajr. 16  Hu jgħatti l-art bil-borra bħal kutra tas-suf;Ixerred il-borra bħall-irmied. 17  Hu jitfaʼ s-silġ tiegħu bħall-frak tal-ħobż. Min jiflaħ għall-kesħa tiegħu? 18  Meta jagħti kmand, is-silġ idub. Hu jġiegħel lir-riħ jonfoħ u l-ilmijiet igelglu. 19  Hu jxandar il-kelma tiegħu lil Ġakobb,Ir-regoli u d-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħu lil Iżrael. 20  Hu m’għamilx dan ma’ poplu ieħor;Dawn ma jafu xejn dwar id-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħu. Faħħru lil Jah!*

Noti taʼ taħt

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.
Jew “indoqqu l-mużika.”
Jew “L-abbiltà li jifhem.”
Letteralment “bis-saqajn.”
Letteralment “jibżgħu minnu.”
Jew “fl-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.