Salm 32:1-11

  • Ferħanin ikunu dawk li l-iżball tagħhom ġie maħfur

    • “Ammettejt id-dnub tiegħi miegħek” (5)

    • Alla jagħtik l-abbiltà li tifhem (8)

Għanja taʼ David. Maskil.* 32  Ferħan ikun dak li l-iżball tiegħu ġie maħfur,Li d-dnub tiegħu ġie mħassar.*   Ferħan ikun dak li Ġeħova ma jikkunsidrahx ħati,Li m’hemmx qerq fih.*   Meta m’għedt xejn dwar id-dnub tiegħi,Għadmi ttiekel għax kont ansjuż il-ġurnata kollha.   Għax idek* kienet tqila fuqi lejl u nhar. Saħħti nixfet bħall-ilma li jinxef bis-sħana tas-sajf. (Sela)   Fl-aħħar, ammettejt id-dnub tiegħi miegħek;Ma ħbejtx l-iżball tiegħi. Jien għedt: “Se nammetti n-nuqqasijiet tiegħi maʼ Ġeħova.” U int ħfirt l-iżball u d-dnubiet tiegħi. (Sela)   Għalhekk, kull min hu leali se jitlob lilekWaqt li jkun għadu jistaʼ jersaq lejk. Imbagħad lanqas il-problemi li huma bħal dulluvju ma jilħquh.   Int post fejn nistaʼ ninħeba;Int tipproteġini mill-inkwiet. Se ddawwarni b’nies li jgħajtu bil-ferħ għax teħlisni. (Sela)   Int għedt: “Se nagħtik l-abbiltà li tifhem u ngħallmek kif għandek tgħix. Se nżomm għajnejja fuqek biex nipproteġik u nagħtik il-pariri.   Issirx bħal żiemel jew bagħal, għax dawn ma jifhmux. Dawn iridu jiġu kkontrollati bi lġiem jew b’ħabel maʼ ħalqhom. B’hekk biss se jiġu ħdejk.” 10  Il-ħżiena se jbatu ħafna;Imma min jafda f’Ġeħova jkun protett bl-imħabba u l-lealtà* tiegħu. 11  Ifirħu b’Ġeħova u kunu kuntenti, intom it-tajbin;Għajtu bil-ferħ, intom taʼ qalb onesta.

Noti taʼ taħt

Letteralment “ġie mgħotti.”
Letteralment “fl-ispirtu tiegħu.”
Jew “id-diżapprovazzjoni tiegħek.”
Jew “bl-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.