Salm 37:1-40
Għanja taʼ David.
א [Alef]
37 Titfixkilx* minħabba l-ħżienaU tgħirx għal dawk li jagħmlu l-ħażin.
2 Huma se jinxfu malajr bħall-ħaxix,U se jisparixxu bħall-ħaxix li jkun għadu tielaʼ.
ב [Bet]
3 Afda f’Ġeħova u agħmel dak li hu tajjeb;Għix fil-paċi fuq l-art, u kun leali f’kulma tagħmel.
4 Ħu pjaċir f’li taqdi lil Ġeħova,*U hu jagħtik dak li tixtieq qalbek.
ג [Gimel]
5 Ħalli lil Ġeħova jiggwidak,*Strieħ fuqu, u hu se jgħinek.
6 Hu se jagħmel is-sewwa tiegħek tiddi bħad-dawl,U l-ġustizzja tiegħek bħax-xemx f’nofsinhar.
ד [Dalet]
7 Stenna bil-paċenzja* lil Ġeħova biex jaġixxi.
Titfixkilx minħabba r-raġel ħażin li jirnexxi fil-pjanijiet tiegħu.
ה [Ħe]
8 Tirrabjax u tinkorlax;Titbaqbaqx, għax dan se jwasslek biex tagħmel il-ħażen.*
9 Għax il-ħżiena se jinqerdu,Imma dawk li jittamaw f’Ġeħova se jirtu l-art.
ו [Waw]
10 Ftit ieħor biss, u l-ħżiena jispiċċaw;Int tħares fejn kienu, imma ma jkunux hemm.
11 Imma l-umli se jirtu l-art,U se jħossuhom ferħanin ħafna bil-paċi kbira li se jkollhom.
ז [Żajin]
12 Il-ħażin jippjana kontra min hu tajjeb;Hu jheżżeż snienu għalih.
13 Imma Ġeħova se jidħaq bih,Għax jaf li se jasal il-jum li fih il-ħażin se jmut.
ח [Ħet]
14 Il-ħżiena joħorġu x-xabla tagħhom u jilwu l-qawsBiex jeqirdu lill-batuti u lill-foqra,U joqtlu lil dawk li jagħmlu s-sewwa.
15 Imma x-xabla tagħhom se tidħol f’qalbhom stess;Il-qaws tagħhom se jinqasam.
ט [Tet]
16 Aħjar il-ftit li għandu l-ġustMill-ġid li għandhom ħafna ħżiena.
17 Għax il-ħżiena se tittiħdilhom il-qawwa tagħhom,Imma Ġeħova se jappoġġa lil dawk li huma ġusti.
י [Jod]
18 Ġeħova jaf minn xiex jgħaddu dawk li huma bla ħtija,U l-wirt tagħhom se jibqaʼ għal dejjem.
19 Huma mhux se jiġu umiljati fi żmien l-inkwiet,U fi żmien il-ġuħ se jkollhom ħafna x’jieklu.
כ [Kaf]
20 Imma l-ħżiena se jinqerdu;L-għedewwa taʼ Ġeħova se jispiċċaw fix-xejn bħalma jiġrilu l-ħaxix sabiħ;Se jispiċċaw fix-xejn bħad-duħħan.
ל [Lamed]
21 Il-ħażin jissellef u ma jħallasx lura,Imma l-ġust hu ġeneruż* u jħobb jagħti.
22 Dawk imberkin minn Alla se jirtu l-art,Imma dawk misħutin minnu se jinqerdu.
מ [Mem]
23 Meta Ġeħova jieħu pjaċir b’dak li jagħmel xi ħadd,Hu jurih kif għandu jgħix.*
24 Għalkemm forsi jitfixkel, mhux se jaqaʼ mal-art,Għax Ġeħova qed iżommlu idu.
נ [Nun]
25 Jien kont żagħżugħ, u issa xjaħt,Imma qatt ma rajt lil xi ħadd ġust jiġi abbandunat,Jew lit-tfal tiegħu jittallbu għall-ħobż.*
26 Hu dejjem isellef minn qalbu,U t-tfal tiegħu se jkunu mberkin minn Alla.
ס [Samek]
27 Tbiegħed mill-ħażin u agħmel dak li hu tajjebU se tibqaʼ tgħix għal dejjem.
28 Għax Ġeħova jħobb il-ġustizzja,U mhux se jabbanduna lil-leali tiegħu.
ע [Għajn]
Hu dejjem se jipproteġihom;Imma dawk li se jiġu mill-ħżiena se jeqridhom.
29 In-nies sewwa se jirtu l-art,U jgħixu fiha għal dejjem.
פ [Pe]
30 Il-kliem taʼ min hu sewwa jgħin lil ħaddieħor ikun għaref,U dak li jgħid hu ġust.
31 Hu se jżomm sodGħax il-liġi tal-Alla tiegħu qiegħda f’qalbu.
צ [Sade]
32 Il-ħażin qiegħed għassa għal min hu sewwa.
Hu qed jipprova joqtlu,
33 Imma Ġeħova mhux se jħallih.
Meta min hu sewwa jiġi ġġudikat min-nies, Alla mhux se jsibu ħati.
ק [Kof]
34 Ittama f’Ġeħova u imxi fit-triq tiegħu,U hu se jonorak u jħallik tieħu l-art.
Int se tara lill-ħżiena jinqerdu.
ר [Rex]
35 Jien rajt lil min hu ħażin u bla qalbJirnexxi bħalma siġra b’saħħitha tikber fil-ħamrija tagħha.
36 Imma f’daqqa waħda miet u ma deherx iktar;Jien bqajt infittxu, imma ma sibtux.
ש [Xin]
37 Innota lil min hu bla ħtija*U żomm quddiem għajnejk lil min hu onest,Għax il-futur tiegħu se jkun mimli paċi.
38 Imma dawk kollha li jiksru l-liġi se jinqerdu;In-nies ħżiena mhux se jkollhom futur.
ת [Taw]
39 Ġeħova se jsalva lil dawk li huma sewwa;Hu l-fortizza tagħhom fi żmien l-inkwiet.
40 Ġeħova se jgħinhom u jeħlishom.
Hu se jeħlishom mill-ħżiena u jsalvahom,Għax huma jduru lejh għall-protezzjoni.
Noti taʼ taħt
^ Jew “Titbaqbaqx.”
^ Jew “Tgħaxxaq bʼĠeħova.”
^ Letteralment “Erħi triqtek f’idejn Ġeħova.”
^ Jew “b’fiduċja.”
^ Jew forsi “għax dan iwassal biss għall-ħsara.”
^ Jew “juri l-ħniena.”
^ Jew “jissoda l-passi tiegħu.”
^ Jew “għall-ikel.”
^ Jew “min jibqaʼ leali.”