Salm 45:1-17

  • Iż-żwieġ tar-re li ġie inkarigat

    • Jitkellem bil-ħlewwa (2)

    • “Alla jagħtik awtorità bħala re għal dejjem” (6)

    • Ir-re jixtieq jara s-sbuħija tal-għarusa (11)

    • It-tfal ikollhom pożizzjoni għolja fuq l-art kollha (16)

Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ* “Il-Ġilji.” Maskil* ta’ dawk li jiġu minn Koraħ. Għanja tal-imħabba. 45  Qalbi ġiet immotivata minn xi ħaġa tajba. Jien ngħid: “L-għanja tiegħi hi* dwar re.” Jalla kliemi jkun bħall-pinna taʼ wieħed li jikkopja* bis-sengħa.   Re, int l-isbaħ wieħed mill-bnedmin. Int titkellem bil-ħlewwa. Hu għalhekk li Alla jbierkek għal dejjem.   Orbot ix-xabla tiegħek maʼ qaddek, gwerrier kuraġġuż;Int għandek dinjità u glorja.   Uri kemm għandek glorja u oħroġ irbaħ;*Irkeb fuq iż-żiemel tiegħek u ġġieled għal dawk umli, għall-verità, u għall-ġustizzja. B’idek il-leminija se tagħmel* affarijiet tal-għaġeb.   Re, il-vleġeġ li jaqtgħu tiegħek se jidħlu f’qalb l-għedewwa tiegħek;Il-popli se jibqgħu jaqgħu taħtek.   Alla jagħtik awtorità bħala re* għal dejjem;Int għandek xettru taʼ re u se tmexxi bil-ġustizzja.   Int tħobb il-ġustizzja u tobgħod il-ħażen. Għalhekk, Alla inkarigak* u għamlek iktar ferħan minn sħabek ir-rejiet l-oħra.   Il-ħwejjeġ kollha tiegħek għandhom riħa tfuħ taʼ mirra, sabbara, u kassja;Il-ħoss tal-istrumenti tal-korda jferrħek mill-palazz kbir tal-avorju.   Il-bniet tar-rejiet huma fost in-nisa li int tonora. Ir-reġina qagħdet fuq il-lemin tiegħek imżejna bid-deheb fin.* 10  Binti, ismaʼ dan li se ngħidlek;Insa n-nies tiegħek u l-familja taʼ missierek. 11  Ir-re se jkun jixtieq jarak minħabba s-sbuħija tiegħek,Għax hu sidek. Għalhekk mil quddiemu. 12  In-nies taʼ* Tir se jġibulek rigal;L-iktar irġiel sinjuri se jfittxu li jiġu approvati minnek. 13  It-tifla tar-re hi sabiħa ħafna fil-palazz;*Il-ħwejjeġ tagħha huma mżejnin* bid-deheb. 14  Hi se tittieħed għand ir-re bi ħwejjeġ fini minsuġin. Sħabha l-verġni li mexjin warajha wkoll ittieħdu quddiemu. 15  Huma se jittieħdu għandu bil-ferħ;Huma se jidħlu fil-palazz tar-re. 16  Re, it-tfal tiegħek se jieħdu post missirijietek. Int tagħtihom pożizzjoni għolja* fl-art kollha. 17  Se ngħallem ismek lill-ġenerazzjonijiet kollha li ġejjin. Għalhekk in-nies se jfaħħruk għal dejjem taʼ dejjem.

Noti taʼ taħt

Jew forsi “fl-istil mużikali taʼ.”
Letteralment “Xogħlijieti huma.”
Jew “skriba.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “irnexxi.”
Letteralment “U idek il-leminija se tgħallmek.”
Letteralment “Alla hu t-tron tiegħek.”
Letteralment “dilkek biż-żejt.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “bid-deheb taʼ Ofir.”
Letteralment “It-tifla taʼ.”
Letteralment “ġewwa.”
Jew “irrakkmati.”
Jew “tagħmilhom prinċpijiet.”