Salm 48:1-14
Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ.
48 Ġeħova hu kbir u jixraqlu kull tifħirĦa jiġi mfaħħar fil-belt tal-Alla tagħna, fil-muntanja qaddisa tiegħu.
2 Il-Muntanja Sijon qiegħda l-iktar ’il bogħod fit-Tramuntana;Hi sabiħa fil-pożizzjoni għolja tagħha u hi l-ferħ tad-dinja kollha;Hi l-belt tar-Re Grandjuż.
3 Fit-torrijiet iffortifikati tagħha,Alla wera li hu post taʼ protezzjoni.*
4 Ir-rejiet inġabru,*U bdew resqin lejha flimkien.
5 Meta rawha, baqgħu mistagħġbin.
Ippanikjaw u ħarbu mwerwrin.
6 Hemmhekk, waqt li kienu qed jitriegħdu bil-biżaʼ,Qabadhom uġigħ kbir bħal taʼ mara li tkun qed twelled.
7 B’riħ mil-Lvant int tkisser il-vapuri taʼ Tarsis.
8 Fil-belt taʼ Ġeħova tal-armati, fil-belt tal-Alla tagħna,Aħna rajna dak li konna smajna dwaru.
Alla se jipproteġiha għal dejjem. (Sela)
9 Fit-tempju tiegħek,Aħna naħsbu dwar l-imħabba u l-lealtà* tiegħek, Alla tagħna.
10 Ismek u t-tifħir tiegħekSe jaslu sat-truf tal-art, Alla tagħna.
Int dejjem tuża l-qawwa tiegħek biex tagħmel dak li hu tajjeb.
11 Jalla tifraħ il-Muntanja Sijon,Jalla jifirħu l-bliet taʼ Ġuda, għax int għamilt ġustizzja.
12 Immarċjaw madwar Sijon, imxu madwarha,Għoddu t-torrijiet tagħha.
13 Eżaminaw is-swar tagħha.
Innotaw it-torrijiet iffortifikati tagħha,Sabiex tkunu tistgħu tgħidu dwarha lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin.
14 Għax l-Alla li għamel dan kollu,Hu l-Alla tagħna għal dejjem taʼ dejjem.
Hu se jiggwidana għall-eternità.*
Noti taʼ taħt
^ Jew “post fl-għoli taʼ sigurtà.”
^ Jew “ftiehmu u ltaqgħu.”
^ Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew forsi “sakemm immutu.”