Salm 56:1-13
Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ “Il-Ħamiema Silenzjuża li Qiegħda ’l Bogħod.” Miktam* taʼ David, meta l-Filistin qabduh f’Gat.
56 Alla tiegħi, ħenn għalija għax in-nies qed jattakkawni.*
Huma jiġġieldu miegħi u jaħqruni l-ġurnata kollha.
2 L-għedewwa tiegħi jipprovaw jibilgħuni l-ġurnata kollha.
Ħafna jiġġieldu miegħi bi kburija.
3 Meta nibżaʼ, nafda fik.
4 Alla tiegħi, jien nafda fik u nfaħħrek għal kelmtek.
Alla tiegħi, jien nafda fik u mhux se nibżaʼ.
X’jistaʼ jagħmilli sempliċi bniedem?
5 Huma jaqilgħuli l-inkwiet il-ġurnata kollha;Ħsiebhom biss biex iweġġgħuni.
6 Huma jistaħbew biex jattakkawni;Joqogħdu għassa għal kull pass li nagħmel,U jittamaw li joqtluni.
7 Agħtihom dak li ħaqqhom minħabba l-ħażen tagħhom.
Alla tiegħi, ikkastiga lill-popli waqt li tkun irrabjat.
8 Għalkemm jien maħrub, int taf b’kull pass li nagħmel.
Jekk jogħġbok, erfaʼ d-dmugħ tiegħi fil-flixkun tiegħek tal-ġilda.
Int ktibt dwar it-tbatija li għaddejt minnha jien fil-ktieb tiegħek.
9 Dakinhar li ngħajjat għall-għajnuna, l-għedewwa tiegħi se jaħarbu.
Jien ċert li int fuq in-naħa tiegħi.
10 Alla tiegħi, jien nafda fik u nfaħħrek għal kelmtek.
Ġeħova, jien nafda fik u nfaħħrek għal kelmtek.
11 Alla tiegħi, jien nafda fik u mhux se nibżaʼ.
X’jistaʼ jagħmilli sempliċi bniedem?
12 Alla tiegħi, jien marbut bil-wegħdi li għamiltlek.
Bħala sagrifiċċju, jien se noffri l-apprezzament tiegħi.
13 Għax int ħlistni* mill-mewt u ma ħallejtnix nitfixkel,Biex b’hekk naqdik,* Alla tiegħi.