Salm 75:1-10

  • Alla jiġġudika b’mod ġust

    • Il-ħżiena se jixorbu mit-tazza taʼ Ġeħova (8)

Lid-direttur. Fuq l-għanja taʼ “Teqridnix.” Għanja t’Asaf. 75  Aħna se nirringrazzjawk Alla tagħna, iva se nirringrazzjawk;Int qrib tagħna,U n-nies se jxandru x-xogħlijiet tal-għaġeb tiegħek.   Int tgħid: “Meta nagħżel żmien biex niġġudika,Se niġġudika b’mod ġust.   Meta l-art u n-nies taʼ ġo fiha bdew jitriegħdu,*Kont jien li żammejt il-pedament tagħha sod.” (Sela)   Jien ngħid lil min jiftaħar: “Tiftaħarx,”U lill-ħażin: “Tiftaħarx bis-saħħa* tiegħek.   Tiftaħarx li int tant b’saħħtek*U titkellimx b’arroganza.   Għax l-unur tal-bniedem la jiġiMil-Lvant, la mill-Punent, u lanqas min-Nofsinhar.   Għax Alla hu Mħallef. Hu jbaxxi lil bniedem u jgħolli lil ieħor.   Ġeħova għandu tazza f’idu. Fiha hemm inbid qawwi u bir-ragħwa. Hu żgur li jferrgħu,U n-nies ħżiena kollha tal-art se jixorbuh sal-inqas qatra.”   Imma min-naħa tiegħi, jien se nxandar għal dejjem dak li għamel Alla;Jien se nfaħħar bil-kant* lill-Alla taʼ Ġakobb. 10  Għax hu jgħid: “Jien se nneħħi s-saħħa* kollha tal-ħżiena.”Imma s-saħħa* tat-tajbin se tiżdied.

Noti taʼ taħt

Letteralment “idubu.”
Letteralment “bil-qarn.”
Letteralment “Tgħollix il-qarn tiegħek.”
Jew “indoqq il-mużika.”
Letteralment “il-qrun.”
Letteralment “il-qrun.”