Salm 86:1-17

  • L-ebda alla mhu bħal Ġeħova

    • Ġeħova lest li jaħfer (5)

    • Il-ġnus kollha se jqimu lil Ġeħova (9)

    • “Għallimni dwar it-triq tiegħek” (11)

    • “Għinni nirrispetta lil ismek b’qalbi kollha” (11)

Talba taʼ David. 86  Ġeħova, ismagħni* u wiġibni,Għax jien batut u fqir.   Ipproteġili ħajti,* għax jien leali. Alla tiegħi, salvani għax jien nafda fik.   Ġeħova, ħenn għalija,Għax jien ngħajjatlek għall-għajnuna minn filgħodu sa filgħaxija.   Ferraħni* Ġeħova,Għax jien lejk indur.*   Għax int, Ġeħova, tajjeb u lest li taħfer;Int turi ħafna mħabba u lealtà* maʼ dawk kollha li jgħajtulek għall-għajnuna.   Ismaʼ t-talba tiegħi, Ġeħova;U agħti kasi meta nitolbok bil-ħniena biex tgħinni.   Meta nkun qed inbati, lilek ngħajjat għall-għajnuna,Għax int twiġibni.   M’hemmx alla ieħor bħalek, Ġeħova,U ħadd m’għamel dak li għamilt int.   Il-popli kollha li int għamiltSe jiġu u jmilu quddiemek, Ġeħova,U huma se jagħtu glorja lil ismek. 10  Għax int kbir u qed tagħmel affarijiet tal-għaġeb;Int l-uniku Alla. 11  Ġeħova, għallimni dwar it-triq tiegħek,Ħalli b’hekk nimxi fit-triq it-tajba. Għinni nirrispetta lil* ismek b’qalbi kollha. 12  Ġeħova Alla tiegħi, jien se nfaħħrek b’qalbi kollha,U se nigglorifika lil ismek għal dejjem, 13  Għax int turini mħabba u lealtà kbira,U salvajtni* mill-Qabar.* 14  Għax nies prużuntużi qamu kontrija;Grupp taʼ nies bla qalb qed jipprovaw joqtluni,*U huma ma jinteressahomx minnek.* 15  Imma int, Ġeħova, Alla ħanin u qalbek tajba,*Ma tirrabjax malajr u turi ħafna mħabba* u lealtà.* 16  Agħti kasi u ħenn għalija. Saħħaħni u salvani,Għax jien naqdik bħalma għamlet ommi. 17  Ġiegħel lil dawk li jobogħduni jaraw kemm tħobbni,U umiljahom. Għax int, Ġeħova, il-wieħed li tgħinni u tfarraġni.

Noti taʼ taħt

Letteralment “mejjel widintek lejja.”
Jew “ruħi.”
Jew “Ferraħ ir-ruħ tal-qaddej tiegħek.”
Jew “nerfaʼ ruħi.”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “nibżaʼ minn.”
Jew “salvajt lil ruħi.”
Jew “minn Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “joqtlu lil ruħi.”
Jew “ma ġabux lilek quddiemhom.”
Letteralment “turi mogħdrija.”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “u verità.”