Salm 93:1-5
93 Ġeħova sar Re!
Il-qawwa kbira tiegħu hi bħal ħwejjeġ sbieħ;Ġeħova hu b’saħħtu ħafna.*
Hu jilbes is-saħħa bħal ċinturin.
L-art li għamel hi soda;Ma tistax tiċċaqlaq.*
2 Is-saltna* tiegħek ilha soda minn żmien twil ilu;Int minn dejjem eżistejt.
3 Ix-xmajjar għollew leħinhom, Ġeħova,Ix-xmajjar għamlu ħoss kbir;Ix-xmajjar ikomplu jagħmlu iktar ħoss.
4 Imma int, Ġeħova li qiegħed fis-sema,Int iktar b’saħħtek mill-ħoss taʼ ilmijiet fondi,U iktar b’saħħtek mill-mewġ qawwi tal-baħar.
5 It-tfakkiriet tiegħek huma taʼ min jafdahom.
Ġeħova, id-dar tiegħek hi* sabiħa u qaddisa l-ħin kollu.
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “imlibbes bis-saħħa.”
^ Jew “titriegħed.”
^ Jew “It-tron.”
^ Jew “jixirqilha li tkun.”