if Nistaʼ Ningwalaha mal-Għalliem Tiegħi?
KAPITLU 20
Kif Nistaʼ Ningwalaha mal-Għalliem Tiegħi?
Min hu l-għalliem favorit tiegħek? ․․․․․
Għaliex huwa l-għalliem favorit tiegħek? ․․․․․
Min hu l-għalliem li ssibha l-iktar diffiċli biex tingwalaha miegħu? ․․․․․
INT tistaʼ tagħżel il-ħbieb tiegħek, iżda sakemm tkun għadek tmur l-iskola ma tistax tagħżel l-għalliema tiegħek. Forsi tingwalaha magħhom kollha. David, li għandu 18-il sena, jgħid: “Nistaʼ ngħid li qatt ma kelli problemi mal-għalliema tiegħi. Kont nirrispettahom u huma kienu jħobbuni.”
Mill-banda l-oħra, għandu mnejn ikollok għalliem jew għalliema simili għal dik deskritta minn Sarah, li għandha 11-il sena. Hi tgħid: “Veru antipatka. U ma nkunx nistaʼ nifhimha għax jew ma tispjegax il-lezzjoni biżżejjed jew tibbombardjana bl-informazzjoni.” Sabiex tiġi megħjun tingwalaha mal-għalliem tiegħek,
l-ewwel nett għandek bżonn tidentifika l-problema speċifika li tħoss li għandek. Ladarba tagħraf x’inhi l-isfida, iktar tkun tistaʼ tegħlibha. Agħmel ✔ maġenb il-kaxxa/i xierqa hawn taħt jew ikteb ir-raġuni tiegħek stess.□ Insibha diffiċli biex nifhem lill-għalliem tiegħi
□ Inħoss li jistħoqqli marki ogħla
□ Naħseb li ħaddieħor jingħata preferenza
□ Ningħata iktar dixxiplina milli jistħoqqli
□ Inħossni vittma taʼ diskriminazzjoni
□ Raġuni oħra ․․․․․
X’jistaʼ jgħinek tkampa? L-ewwel pass hu li tapplika l-parir li ta l-appostlu Pietru. Hu kiteb: “Intom ilkoll kunu fehma waħda, billi tħossu għal xulxin.” (1 Pietru 3:8) X’jistaʼ jqanqlek biex tħoss għal ħaddieħor, f’dan il-każ għal xi għalliem “antipatku”? Ikkunsidra xi fatti dwar l-għalliema li jistgħu jkunu t’għajnuna għalik.
L-għalliema mhumiex infallibbli. Bħal kulħadd, anki l-għalliema għandhom id-difetti, il-problemi, u saħansitra l-preġudizzji tagħhom. Id-dixxiplu Ġakbu kiteb: “Jekk xi ħadd ma jitfixkilx f’dak li jgħid, dan ikun raġel perfett, kapaċi jliġġem ukoll lil ġismu kollu.” (Ġakbu 3:2) Brianna, li għandha 19-il sena, tgħid: “L-għalliema tal-matematika ma tantx kellha paċenzja, u spiss kienet tinfexx tgħajjat magħna. Għalhekk, konna nsibuha diffiċli biex nuruha rispett.” X’wassal għal din is-sitwazzjoni? “Fil-klassi dejjem kien ikun hemm ġenn sħiħ,” tgħid Brianna, “u l-istudenti tal-klassi ma kinux iġibu ruħhom sew sempliċement biex iktar jirrabjaw lill-għalliema.”
Bla dubju, int tapprezza meta xi għalliem iħalli xi żball jew nuqqas min-naħa tiegħek għaddej, speċjalment jekk tkun għaddejt minn ħafna stress. Tistaʼ int tagħmel l-istess mal-għalliem tiegħek? Hawn taħt ikteb dwar problema li nqalgħet dan l-aħħar
fl-iskola. X’taħseb li qanqal lill-għalliem tiegħek jaġixxi bil-mod kif aġixxa?․․․․․
L-għalliema jkollhom studenti favoriti. Ikkunsidra l-isfidi li jiffaċċjaw l-għalliema tiegħek: Kemm-il wieħed mill-istudenti kollha tassew irid ikun fil-klassi? Kemm minn dawk li jridu jkunu hemm huma lesti u jistgħu jikkonċentraw fuq suġġett wieħed għal nofs siegħa jew iktar? Kemm-il student jisfoga l-frustrazzjoni li jkun ilu jiġmaʼ ġo fih u l-aggressività tiegħu mal-għalliema? Issa immaġina li għandek l-inkarigu li tgħallem 20, 30, jew saħansitra iktar studenti tamparek u li s-suġġett huwa wieħed li ftit minnhom biss iridu jitgħallmu dwaru. Ma tħossokx inklinat li tagħti iktar attenzjoni lil dawk li jidhru interessati?
Veru, forsi tħossok irritat meta tara dak li jkun jidher bħala favoritiżmu sfaċċat. Natasha tgħid hekk dwar wieħed mill-għalliema tagħha: “Hu kien jagħtina żmien stipulat biex illestu l-assignments, imma dejjem kien jagħmel eċċezzjoni għall-plejers tal-futbol—u għal ħadd iktar. Inzerta li hu kien ukoll l-assistent tal-kowċ tat-tim.” Jekk jiġrilek xi ħaġa simili staqsi lilek innifsek, ‘Il-bżonnijiet fl-edukazzjoni tiegħi qed jiġu injorati?ʼ Jekk le, għala għandek toqgħod tirrabja jew tgħir?
Hawn taħt ikteb x’tistaʼ tagħmel biex turi lill-għalliem tiegħek b’mod iktar ċar li int interessat f’dak li qed jgħallem.
․․․․․
L-għalliema ma jifhmux sew lill-istudenti. Kultant, minħabba xi differenzi fil-personalità
jew minħabba xi xorta taʼ nuqqas taʼ ftehim, l-għalliem tiegħek jiħodha kontrik. Jekk tistaqsi mistoqsijiet tistaʼ tidher bħala ribelluż, u jekk tiċċajta xi ftit tistaʼ tidher bħala iblah jew li m’għandekx rispett.X’tistaʼ tagħmel jekk ma tiġix mifhum sew? Il-Bibbja tgħid: “Troddu lil ħadd ħsara bi ħsara. . . . Jekk inhu possibbli, sakemm jiddependi minnkom, żommu l-paċi mal-bnedmin kollha.” (Rumani 12:17, 18) Għalhekk, ipprova ġġegħelx lill-għalliem tiegħek jirrabja. Evita li toqgħod targumenta bla bżonn. Tagħtihx għal xiex igerger. Anzi, ipprova kun dħuli. ‘Dħuli? Miegħu?’ tistaqsi int. Iva, uri manjieri tajbin billi ssellem lill-għalliem tiegħek b’rispett meta int tidħol fil-klassi. Jekk tkun dejjem edukat—anki billi kultant titbissem—tistaʼ ġġiegħlu jbiddel l-opinjoni tiegħu dwarek.—Rumani 12:20, 21.
Pereżempju, Ken kellu għalliema li spiss kienu jiġġudikawh ħażin. Hu jgħid, “Jien mistħi ħafna u qatt ma kont inkellimhom lill-għalliema tiegħi.” Hu kif iffaċċja l-problema? “Fl-aħħar irrealizzajt li ħafna drabi l-għalliema tiegħi riedu jgħinuni. Għalhekk, għamiltha mira li nsir naf lill-għalliema kollha tiegħi b’mod persunali. Meta għamilt hekk, rajt titjib kbir fil-marki tiegħi.”
Veru, mhux dejjem se tirbaħ lill-għalliem tiegħek jekk turi Proverbji 25:15, Contemporary English Version) Meta tiġi trattat b’mod inġust, ibqaʼ kalm u tkellem bil-ħlewwa. L-għalliem tiegħek għandu mnejn ibiddel l-opinjoni li għandu dwarek.—Proverbji 15:1.
manjieri tajbin u jekk titkellem bil-ħlewwa. Imma kun paċenzjuż. Is-Sultan Salamun kiteb: “Il-paċenzja u l-kliem ħelu jistgħu jikkonvinċu ħakkiem [jew għalliem] u jegħlbu kwalunkwe problema.” (Ħafna drabi, xi tkun l-ewwel reazzjoni tiegħek jekk l-għalliem tiegħek ma jifhmekx sew jew jekk jittrattak b’mod inġust?
․․․․․
Kif tistaʼ tirreaġixxi b’mod aħjar?
․․․․․
Solvi Kwistjonijiet Speċifiċi
Li tifhem il-limitazzjonijiet tal-għalliem tiegħek huwa biss il-bidu. X’tistaʼ tagħmel biex issolvi xi kwistjoni speċifika? Pereżempju, int kif tistaʼ tirreaġixxi meta jkollok dawn l-ilmenti li ġejjin?
Jistħoqqli marka ogħla. “Dejjem kont inġib marki għoljin,” tgħid Katrina. “Imma sena minnhom, l-għalliem tax-xjenza m’għaddinix mill-eżami. Kien jistħoqqli aħjar minn hekk. Il-ġenituri tiegħi marru jkellmu lis-surmast. Madankollu, kulma għamel kien li tani marka li biha għaddejt bi żbrixx, u għalhekk xorta bqajt pjuttost irrabjata.” Jekk tiffaċċja kwistjoni simili, taqbadx u takkuża lill-għalliem tiegħek bl-addoċċ. Minflok, tgħallem mill-karattru Bibliku taʼ Natan. Hu kellu l-inkarigu diffiċli li jikxef in-nuqqas serju li għamel is-Sultan David. Natan ma qabadx u daħal jiġri fil-palazz jakkuża lis-Sultan David, iżda avviċinah bit-tattika.—2 Samwel 12:1-7.
Proverbji 18:13, Today’s English Version) Ladarba tagħti widen tkun tistaʼ tara fejn tħoss li sar xi nuqqas. Anki jekk il-marka tiegħek ma tinbidilx, x’aktarx li l-għalliem tiegħek se jibqaʼ impressjonat b’kemm int matur.
Bl-istess mod, int għandek mnejn tavviċina lill-għalliem tiegħek bl-umiltà u bil-kalma. Jekk tinfexx tirrabja jew takkuża lill-għalliem tiegħek li hu inkompetenti jew xi ħaġa agħar minn hekk, ma tantx se tagħmel ħbieb miegħu. Ipprova ffaċċja s-sitwazzjoni b’iktar maturità. Ibda billi titlob lill-għalliem tiegħek jgħinek tifhem xi stajt tagħmel biex tmur aħjar fl-eżamijiet. Salamun kiteb: “Agħti widen qabel ma twieġeb. Jekk ma tagħmilx hekk, tkun stupidu u insolenti.” (Inħoss li l-għalliem tiegħi preġudikat. Ikkunsidra l-esperjenza taʼ Rachel. Hi dejjem kienet iġġib marki għoljin fl-iskola. Imbagħad meta telgħet Form 1, l-affarijiet inbidlu. Rachel tgħid: “L-għalliem tiegħi kien jagħmel minn kollox biex ma jgħaddinix mis-suġġett tiegħu.” X’kienet il-problema? L-għalliem għamilha ovvja, kemm lil Rachel u kemm lil ommha, li ma kinitx togħġbu r-reliġjon tagħhom.
X’ġara? Rachel tgħid: “Kull darba li kien ikun jidher ovvju li l-għalliem qed iħalli l-preġudizzju tiegħu jeffettwa l-mod kif jagħtini l-marki fix-xogħol tiegħi, ommi kienet tiġi miegħi biex niddiskutu l-kwistjoni mal-għalliem. Maż-żmien ma baqax jagħmilli l-bsaten fir-roti.” Jekk tesperjenza sfida simili, rabbi l-kuraġġ biex titkellem mal-ġenituri tiegħek dwarha. Bla dubju, huma se jkunu interessati li jitkellmu mal-għalliem u forsi mal-membri tal-amministrazzjoni tal-iskola biex flimkien isibu soluzzjoni.
Tħarisx sal-Ponta taʼ Mnieħrek
Irridu nammettu li xi wħud mill-problemi ma jiġux solvuti kif ġieb u laħaq. Xi kultant, ikollok tissaporti. Tanya tgħid: “Wieħed mill-għalliema tiegħi kellu attitudni negattiva lejn l-istudenti tiegħu. Hu spiss kien jinsultana u jgħajjarna stupidi. Għall-ewwel kien ibikkini, imma mbagħad tgħallimt ma niħux għalih. Kont niffoka fuq ix-xogħol tiegħi u kont inżomm ruħi okkupata waqt il-lezzjoni tiegħu. Bħala riżultat, ma baqax idejjaqni daqshekk, u jien kont waħda mill-ftit studenti li kienu jġibu marki tajbin. Sentejn wara, dan l-għalliem ġie mkeċċi mill-iskola.”
Jekk titgħallem tkampa maʼ xi għalliem li jkollu karattru diffiċli, int se tikseb abbiltà taʼ valur fil-ħajja—abbiltà li se ssibha utli meta jkollok mgħallem diffiċli biex tingwalaha miegħu. Se titgħallem ukoll kif tapprezza l-għalliema tajbin li jistaʼ jkollok.
Donnu m’għandekx biżżejjed ħin fil-ġurnata? Tgħallem kif tħares lejn l-arloġġ bħala l-ħabib u mhux bħala l-għadu tiegħek.
SKRITTURA PRINĊIPALI
“Għalhekk, kulma tridu li l-bnedmin jagħmlulkom, intom tridu tagħmluh lilhom ukoll.”—Mattew 7:12.
SUĠĠERIMENT
Jekk taħseb li l-għalliem tiegħek huwa monotonu, iffoka fuq is-suġġett, u mhux fuq il-persuna. Ħu noti u b’rispett itlob għal iktar informazzjoni. Uri entużjażmu għas-suġġett għax l-entużjażmu jittieħed.
KONT TAF . . . ?
X’aktarx li l-għalliem tiegħek għallem l-istess lezzjonijiet bosta drabi, saħansitra mijiet taʼ drabi, lil studenti oħrajn. Għalhekk, tistaʼ tkun taʼ sfida għalih li jżomm l-istess livell taʼ entużjażmu li kellu fil-bidu lejn is-suġġett.
L-AZZJONI LI SE NIEĦU
Sabiex niġi megħjun inħares lejn lezzjoni monotona bħala iktar interessanti, jien se ․․․․․
Jekk inħoss li l-għalliem tiegħi qed jittrattani b’mod inġust, jien se ․․․․․
Dak li nixtieq nistaqsi lill-ġenitur(i) tiegħi dwar dan is-suġġett hu ․․․․․
INT X’TAĦSEB?
● Għala hu importanti li tiffoka iktar fuq is-suġġett milli fuq l-għalliem?
● L-attitudni tiegħek lejn xi suġġett partikulari, kif tistaʼ teffettwa l-attitudni li jkollu għalliem lejk?
[Kumment f’paġna 146]
“Ħdimt iebes biex nagħmel ħbieb mal-għalliema kollha tiegħi. Nafhom b’isimhom, u jekk narahom fit-triq nagħmel ftit minuti nitkellem magħhom.”—Carmen
[Stampa f’paġna 145]
L-għalliema jistgħu jiġu mqabblin maʼ ġebel fi xmara li jistaʼ jgħinek biex mill-injoranza tasal għall-għarfien, iżda trid tkun int li taqbeż minn ġebla għall-oħra