Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 2

Għala Nissejħu Xhieda ta’ Ġeħova?

Għala Nissejħu Xhieda ta’ Ġeħova?

Noè

Abraham u Sara

Mosè

Ġesù Kristu

Ħafna nies jaħsbu li l-isem Xhieda taʼ Ġeħova hu taʼ xi reliġjon ġdida. Però, iktar minn 2,700 sena ilu, il-qaddejja tal-uniku Alla veru ġew deskritti bħala li huma “x-xhieda” tiegħu. (Isaija 43:10-12) Sal-1931, konna magħrufin bħala l-Istudenti tal-Bibbja. Għaliex adottajna l-isem Xhieda taʼ Ġeħova?

Isimna jidentifika lil Alla tagħna. Skont manuskritti antiki, isem Alla, Ġeħova, jidher eluf taʼ drabi fil-Bibbja. F’ħafna traduzzjonijiet dan l-isem ġie mibdul b’titli bħal Mulej jew Alla. Madankollu, l-Alla l-veru rrivela lilu nnifsu lil Mosè b’ismu personali, Ġeħova, billi qal: “Dan hu ismi għal dejjem.” (Eżodu 3:15) B’dan il-mod, hu għamel magħruf li hu differenti mill-allat foloz kollha. Aħna kburin li nġorru l-isem qaddis t’Alla.

Isimna jiddeskrivi xogħolna. Fi żmien il-qedem kien hemm ħafna nies li xehdu dwar il-fidi tagħhom f’Ġeħova. L-ewwel wieħed kien ir-raġel ġust Abel. Matul is-sekli, Noè, Abraham, Sara, Mosè, David, u oħrajn ngħaqdu maʼ din is-“sħaba hekk kbira taʼ xhieda.” (Ebrej 11:4–12:1) Bħalma individwu jistaʼ jixhed f’qorti għal persuna innoċenti, hekk ukoll aħna determinati li l-verità dwar Alla tagħna nagħmluha magħrufa.

Qed nimitaw lil Ġesù. Il-Bibbja ssejjaħlu “x-xhud leali u veru.” (Rivelazzjoni 3:14) Ġesù nnifsu qal li hu ‘għarraf isem Alla’ u baqaʼ ‘jixhed għall-verità’ dwar Alla. (Ġwanni 17:26; 18:37) Għalhekk, segwaċi ġenwini taʼ Kristu jeħtieġ iġorru isem Ġeħova u jagħmluh magħruf. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova qed jistinkaw biex jagħmlu proprju dan.

  • L-Istudenti tal-Bibbja għala adottaw l-isem Xhieda taʼ Ġeħova?

  • Ġeħova kemm ilu jkollu xhieda fuq l-art?

  • Min hu l-akbar Xhud taʼ Ġeħova?