Għanja 49
Ġeħova Hu l-Kenn Tagħna
(Salm 91)
1. Ġeħova hu l-kenn tagħna,
Fih żgur nistgħu nafdaw.
Taħt dellu lkoll nistkennu;
U hemm biss nabitaw.
Għalina hu stess jaqbeż żgur,
Nissaħħu lkoll għax b’qawwa jfur.
Ġeħova hu fortizza,
Kenn il-ġusti qed jingħataw.
2. Għalkemm eluf se jaqgħu
Maġenbek fil-futur,
Fost dawk li tant leali,
Issib refuġju żgur.
M’għandekx għax tibżaʼ, xejn tħassib,
Bħal kieku xi inkwiet kien qrib.
Għajnejk biss se jarawh dan,
Jekk int taħt ġwinħajn Alla tmur.
3. Kenn Alla lilek jagħti
Min-nases tul it-triq
B’hekk int qatt ma titfixkel
Bil-biżaʼ jew tregħid.
Iljun żgħir żgur ma jbeżżgħek xejn;
Fuq kobra tirfes bir-riġlejn.
Ġeħova hu l-kenn tagħna,
Fuqna jgħasses hu tul it-triq.
(Ara wkoll Salm 97:10; 121:3, 5; Is. 52:12.)