Għanja 93
“Ħa Jiddi d-Dawl Tagħkom”
1. Tana kmand Ġesù li Nħallu jiddi d-dawl
Bħax-xemx, imparzjali, Biex ilkoll jaraw.
Minn ġol-Kelma t’Alla Jiddi għerf tant kbir;
Dad-dawl ħa nuruh ukoll B’tagħna kull aġir.
2. Bil-messaġġ tas-Saltna Hemm dawl għall-bnedmin;
Alla joffri faraġ, Tama għall-mejtin.
Dawl minn Kelmtu jgħinna Nibqgħu sod naqduh;
B’kliem tant ħelu, mħawwar sew, Dawlu inżiduh.
3. Kliemna hu bħal perla Taʼ valur tant kbir
U b’għemejjel tajba Iktar b’saħħtu jsir.
Jekk lil dawlna dejjem Jiddi inħalluh,
Billi nibqgħu nagħmlu s-sew, ’L Alla inferrħuh.
(Ara wkoll Salm 119:130; Mt. 5:14, 15, 45; Kol. 4:6.)