Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 81

“Agħtina Iktar Fidi”

“Agħtina Iktar Fidi”

(Luqa 17:5)

1. Għax aħna imperfetti, O Ġeħova,

Miġbuda qalbna għall-ħażin u l-gwaj.

W hemm ċertu dnub li faċli ifixkilna​—⁠

Nuqqas taʼ fidi fik, int l-Alla l-ħaj.

(KOR)

Agħtina iktar fidi, O Ġeħova.

Jekk jogħġbok għinna fejn aħna neqsin.

Agħtina iktar fidi, skont ħninietek

Biex nonorawk bil-kliem, bl-għemil, f’kull ħin.

2. Bla fidi, impossibbli nogħġbuk sewwa.

Li l-fidi tkun premjata nemmnu żgur.

Bħal tarka l-fidi tagħna hi refuġju.

U sodi qatt ma nibżgħu mill-futur.

(KOR)

Agħtina iktar fidi, O Ġeħova.

Jekk jogħġbok għinna fejn aħna neqsin.

Agħtina iktar fidi, skont ħninietek

Biex nonorawk bil-kliem, bl-għemil, f’kull ħin.