Għanja 119
Ejjew! Sibu Serħan
1. Illum ngħixu f’dinja xejn stabbli w fid-dlam;
It-triq t’Alla n-nies ma jafux.
Biex ngħassu kif nimxu taʼ gwida hemm bżonn;
Waħedna żgur ma nirnexxux.
Tamitna jsaħħulna w serħ jagħtu l-laqgħat;
Jgħinuna biex f’Alla nafdaw.
Nitqanqlu hemmhekk għall-għemejjel tajbin;
Nissaħħu w mit-triq ma naqtgħux.
Il-kmand taʼ Ġeħova minn qalbna nobduh;
Dan qatt ma se nabbandunawh.
Jgħallmuna l-laqgħat kemm is-sew fih valur;
B’hekk il-verità napprezzaw.
2. Ġeħova tant kbir, jaf eżatt x’għandna bżonn;
Dak li jgħid hu għandna nobduh.
Jekk ħinna nużawh bl-aħjar mod għal-laqgħat
Li b’għerf nafdaw f’Kelmtu nuruh.
Irġiel b’biżaʼ t’Alla jibnuna b’tagħlim
Dwar kif nuru fidi f’kull att.
Bl-appoġġ kbir taʼ ħutna fil-fidi w għeżież
Waħedna żgur ma nkunu qatt.
Hekk kif ħerqanin nistennew żmien aħjar,
Niltaqgħu ma’ dawk maħbubin.
Jgħinuna l-laqgħat ngħixu bl-għerf ġej minn fuq;
Hawnhekk dan qed niġu mgħallmin.
(Ara wkoll Salm 37:18; 140:1; Prov. 18:1; Efes. 5:16; Ġak. 3:17.)