Għanja 9
Faħħru lil Ġeħova, Alla Tagħna!
1. Faħħru ’l Jah! Tifħir lilu ntuh!
L ismu nxandru ma’ kullimkien!
Għajtu lkoll! Il-jum tiegħu qrib,
Jismaʼ jrid kulmin jixtieq ħelsien.
Stqarr Alla li issa ż-żmien li l-għażiż
Ibnu jaħkem għax sar Sultan.
Lin-nies kollha għidu, wasslu l-aħbar
Tal-barkiet t’Alla b’mod kotran!
(KOR)
Faħħru ’l Jah! Tifħir lilu ntuh!
Xandru l-kobor tiegħu sa truf l-art!
2. Faħħru ’l Jah! B’kant ferm għoli w ċar!
Faħħru ’l ismu b’kant mimli ferħ!
Bil-kuraġġ u b’qalb grata ferm
Nixhdu dwar kemm għandu glorja w għerf.
Għalkemm f’xogħlijietu kbir u setgħan,
Ma’ kulħadd umli w twajjeb hu.
Imħabba w qalb tajba juri w ħanin,
Dejjem lest li jismagħna żgur.
(KOR)
Faħħru ’l Jah! Tifħir lilu ntuh!
Xandru l-kobor tiegħu sa truf l-art!
(Ara wkoll Salm 89:27; 105:1; Ġer. 33:11.)