Għanja 108
Faħħru lil Ġeħova għas-Saltna Tiegħu
1. Jah ħatar lil Ibnu l-għażiż
Biex jaħkem hu fuq kulħadd.
B’ġustizzja it-tron huwa msejjes;
Ħa jsir li jrid Alla fuq l-art.
(KOR)
Lil Jah faħħru għall-Midluk tiegħu.
Hu tant qaddis; merħba agħtuh.
Nagħ’ġ taʼ fedeltà kuljum isegwuh;
kull kmand tiegħu fis jobduh.
Lil Jah faħħru għall-Midluk tiegħu,
b’tant ferħ u b’tant qawwa maħtur.
Ħakkiem issa hu biex ’l-isem qaddis
taʼ Alla jġib kull unur.
2. Ħut Kristu magħżula, msejħin.
Jah jagħti twelid mill-ġdid.
L-għarusa seh’m għandha fis-Saltna
U Ġenna fuq din l-art se ġġib.
(KOR)
Lil Jah faħħru għall-Midluk tiegħu.
Hu tant qaddis; merħba agħtuh.
Nagħ’ġ taʼ fedeltà kuljum isegwuh;
kull kmand tiegħu fis jobduh.
Lil Jah faħħru għall-Midluk tiegħu,
b’tant ferħ u b’tant qawwa maħtur.
Ħakkiem issa hu biex ’l-isem qaddis
taʼ Alla jġib kull unur.
(Ara wkoll Prov. 29:4; Is. 66:7, 8; Ġw. 10:4; Riv. 5:9, 10.)