Għanja 42
“Għinu lid-Dgħajfin”
1. Aħna nagħmlu żbalji spiss
Għax ilkoll dgħajfin.
Alla xorta lilna jgħożż;
Minnu maħbubin.
Imħabbtu tqanqlu jħenn,
Kbira w qatt ma tintemm.
Din l-imħabba nimitaw,
Ngħinu ’l-imsejknin.
2. ‘Min hu dgħajjef u jien le?’
L Pawlu lkoll nifhmuh.
B’demm il-Kristu mixtrijin,
Kull dejn ġie maqtugħ.
Ta’ Alla id-dgħajfin,
Bih jiġu imsaħħin.
Empatija nuru lkoll;
Tagħhom nimsħu d-dmugħ.
3. Flok immaqdru lid-dgħajfin,
Ma ninsew dan qatt:
Jekk inħennu w nagħdru lkoll
Nagħmlu żgur impatt.
Jalla flimkien beżlin
Inqawwu qalb xulxin.
Faraġ u appoġġ mill-qalb
Nagħtu lil kulħadd.
(Ara wkoll 2 Kor. 11:29; Is. 35:3, 4; Gal. 6:2.)