Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 113

Grati għall-Kelma t’Alla

Grati għall-Kelma t’Alla

(Filippin 2:16)

1. Ġeħova, Missierna, lkoll grati tassew

Li tajtna lil Kelmtek, bil-kbir nithennew!

Sabiex jinkiteb ħsiebek nebbaħt lil xi bnedmin.

Bil-Bibbja tmexxina u minnek mgħallmin.

2. Kliem jilħaq lil qalbna li nistgħu nifhmuh

Irġiel b’sentimenti bħal tagħna kitbuh.

Il-fidi nibnu hekk kif naqraw minn xiex għaddew.

Serħan f’qalbna nħossu; bil-qawwa nimtlew.

3. Qawwija hi Kelmtek, bħal sejf b’żewġt ixfar;

Sa tifred ir-ruħ u l-ispirtu b’mod ċar.

Din tagħraf il-ħsieb f’qalbna u l-intenzjonijiet.

B’għerf tikkoreġina biex nagħmlu bidliet.