Għanja 32
Ibqgħu Sodi, Titħarrkux!
1. Ġnus sħaħ bħal qatt qabel huma mħassbin.
Dwar il-ġejjieni in-nies beżgħanin.
Ma nitħarrkux, sodi lkoll verament,
L Alla naqduh lealment.
(KOR)
Sodi bla m’aħna mħarrkin;
Il bogħ’d mid-dinja ħelsin,
Dejjem fil-verità nżommu l-integrità.
2. Żdiedu tant nases fid-dinja w ġibdiet.
Nistgħu negħlbuhom b’għerf fil-ħsibijiet.
Jekk verità inqisuh t’Alla l-kliem
Niksbu mingħandu ħelsien.
(KOR)
Sodi bla m’aħna mħarrkin;
Il bogħ’d mid-dinja ħelsin,
Dejjem fil-verità nżommu l-integrità.
3. Dejjem minn qiegħ qalbkom ’l Alla qimuh.
F’xogħ’l il-Mulej seh’mna sħiħ żgur nagħtuh.
Xandru l-aħbar tajba, għożżu l-għarfien,
Daqt dal-jiem jaslu fit-tmiem.
(KOR)
Sodi bla m’aħna mħarrkin;
Il bogħ’d mid-dinja ħelsin,
Dejjem fil-verità nżommu l-integrità.