Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 74

Il-Ferħ taʼ Ġeħova

Il-Ferħ taʼ Ġeħova

(Neħemija 8:10)

1. Juru s-sinjali li twaqqfet is-Saltna.

Din l-aħbar naqsmu ma’ kulħadd.

Ħarsu ’il fuq; araw is-salvazzjoni;

Żmien il-ħelsien żgur ġej dalwaqt.

(KOR)

Il-ferħ taʼ Ġeħova l-qawwa tagħna.

Leħinna ngħollu b’kant ferrieħ.

Bit-tama thennew, qalb grata uru lkoll.

L Alla tagħna ntuh tifħir bil-ġieħ.

Il-ferħ taʼ Ġeħova hu fortizza.

Magħruf se jsir ismu man-nies.

Lil Alla s-Sultan kull devozzjoni ntuh.

Ferħ divin f’ħidmitna jkun bla qies.

2. Lejh duru intom li tħobbu ’l Ġeħova.

La tibżgħu xejn, biss fih afdaw.

Qumu w bħar-ragħ’d tant sod għollu leħinkom;

Għanja taʼ ferħ ’l Alla kantaw.

(KOR)

Il-ferħ taʼ Ġeħova l-qawwa tagħna.

Leħinna ngħollu b’kant ferrieħ.

Bit-tama thennew, qalb grata uru lkoll.

L Alla tagħna ntuh tifħir bil-ġieħ.

Il-ferħ taʼ Ġeħova hu fortizza.

Magħruf se jsir ismu man-nies.

Lil Alla s-Sultan kull devozzjoni ntuh.

Ferħ divin f’ħidmitna jkun bla qies.