Għanja 130
Il-Miraklu tal-Ħajja
1. Kull raġġ sħun tax-xemx; Kull twelid prezzjuż;
Kemm il-qtar tax-xita frisk; qamħ tant bżonnjuż—
T’Alla dawn l-għotjiet; B’dawn ikun mifhum.
Aħna ngħixu b’tiegħu il-mirakli kuljum.
(Kor)
B’hekk, x’nagħmlu b’għotja rari bħalm’ hija din
Ħlief li nħobbu ’l Min tahielna; ngħożżuh sew f’kull ħin.
Bil-mertu tagħna qatt ma nistgħu niksbuha.
Din għotja w għotja biss—Miraklu l-ħajja hi.
2. Ħafna jċedu llum; Jieqfu jipprovaw.
Jgħidu: ‘Isħet ’l Alla w mut;’ bħal mart Ġob dawn.”
Bħalhom żgur m’aħniex. ’L Alla infaħħruh;
Għal kull waqt prezzjuż li ngħixu ħajr lilu ntuh.
(KOR)
B’hekk, x’nagħmlu b’għotja rari bħalm’ hija din
Ħlief li nħobbu ’l taʼ madwarna; ngħożżuhom f’kull ħin.
Bil-mertu tagħna qatt ma nistgħu niksbuha.
Din għotja w għotja biss—Miraklu l-ħajja hi.
(Ara wkoll Ġob 2:9; Salm 34:12; Ekk. 8:15; Mt. 22:37-40; Rum. 6:23.)