Għanja 118
Ilqgħu lil Xulxin
1. Merħba ’l kulmin inġabar hawn illum
Biex mgħallem minn Kelmet Alla jkun.
L-ilma tal-ħajja lilna lkoll joffrih;
Minn qalbna naċċettawh għax tant grati għalih.
2. Lejn Alla grati li irġiel beżlin
Jilqgħuna w jaqdu bil-ferħ qegħdin.
B’hekk, ejja nibqgħu ngħożżu nies bħal dawn,
U issa lil oħrajn aħna wkoll nilqgħu hawn.
3. Alla jistieden lill-umanità,
Biex min sinċier jara l-verità.
B’Ibnu ġibidna Hu b’mod tant ħanin;
B’hekk, nilqgħu lil xulxin b’qalbna kollha w henjin.
(Ara wkoll Ġw. 6:44; Flp. 2:29; Riv. 22:17.)