Għanja 82
Imitaw il-Ħlewwa taʼ Kristu
1. Ġesù Kristu kien l-aqwa bniedem; dan fatt.
Hu ma tkabbarx u ambizzjuż ma kien qatt.
L-għan t’Alla tah xogħ’l prominenti u kbir;
Minkejja dan kien umli f’qalbu, fl-aġir.
2. O wħud li tinsabu mħabbtin, mgħobbijin,
Taħt il-madmad tiegħu mill-qalb mistidnin.
Serħan għal dawk li jfittxu s-Saltna qegħdin.
Għax Sidna ferm ġwejjed, hu jħobb lill-ġwejdin.
3. “Tissejħu lkoll aħwa,” qal Kristu is-Sid.
Titkabbru qatt; ma’ ħutkom agħmlu il-ġid.
Lill-umli, ’l-ġwejdin Alla jgħożżhom bħall-qroll;
Hu jwiegħed li l-art b’wirt jagħtihom ilkoll.
(Ara wkoll Mt. 5:5; 23:8; Prov. 3:34; Rum. 12:16.)