Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 134

Immaġinak Meta Kollox Ikun Ġdid

Immaġinak Meta Kollox Ikun Ġdid

(Rivelazzjoni 21:1-5)

1. Quddiem għajnejk lilna lkoll ġib;

Ngħixu flimkien f’art fejn kollox hu ġdid.

Aħseb x’se tħoss u kif se jkun

Li tgħix f’ħelsien u fis-sliem kuljum.

Bnedmin mill-agħar mhux se jkun hemm;

Il-ħakma t’Alla qatt ma tintemm.

Żmien taʼ bidu ġdid din l-art se jkollha żgur,

Il-kant taʼ tifħir mill-qalb joħroġ b’tant fervur:

(KOR)

“Ġeħova grandjuż, O kemm wettaqt ġid!

Bil-ħakma t’Ibnek sar kollox mill-ġdid.

Il-ferħ li hu fil-qalb, fl-għanja tagħna ifur;

Jixraqlek il-glorja, t-tifħir, u kull unur.”

2. Ħares ftit lejk u lejja wkoll;

Fid-dinja l-ġdida arana ilkoll.

Ma tara xejn jew tismaʼ ’l ħadd

Li se jbeżżagħna għax dan hu fatt.

Kollox bl-eżatt, perfett inġieb;

Lill-bniedem minn qalbu jieħu ħsieb.

Hu issa se jagħti n-nifs lura ’l-mejtin;

U fl-għanja jingħaqdu għax grati li ħajjin:

(KOR)

“Ġeħova grandjuż, O kemm wettaqt ġid!

Bil-ħakma t’Ibnek sar kollox mill-ġdid.

Il-ferħ li hu fil-qalb, fl-għanja tagħna ifur;

Jixraqlek il-glorja, t-tifħir, u kull unur.”