Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 54

Irid Ikollna l-Fidi

Irid Ikollna l-Fidi

(Ebrej 10:38, 39)

1. Profeti kien juża Alla fl-antik

Biex kliemu jxandruh lill-bnedmin.

U llum, hu, permezz taʼ Ibnu l-għażiż’

Jgħidilna: ‘Kunu nedmin.

(KOR)

Hija l-fidi tagħna fis-sod?

Sħiħa trid tkun biex insalvaw.

Nuru l-fidi tagħna bl-għemil?

B’dit-tip taʼ fidi l-ħajja ningħataw.

2. Il-kmand taʼ Ġesù żgur nobdu mill-qalb

Ħa nxandru tas-Saltna l-aħbar.

Ilkoll libertà tal-kelma nużaw.

Dil-verità nuru ċar.

(KOR)

Hija l-fidi tagħna fis-sod?

Sħiħa trid tkun biex insalvaw.

Nuru l-fidi tagħna bl-għemil?

B’dit-tip taʼ fidi l-ħajja ningħataw.

3. Bil-biżaʼ m’aħniex se nċedu żgur qatt;

Il-fidi hi ankra fis-sod.

L-għedewwa kontrina jqumu sejrin

Però l-ħelsien mhux fil-bogħ’d.

(KOR)

Hija l-fidi tagħna fis-sod?

Sħiħa trid tkun biex insalvaw.

Nuru l-fidi tagħna bl-għemil?

B’dit-tip taʼ fidi l-ħajja ningħataw.