Għanja 97
Irsistu Intom Ministri tas-Saltna!
1. Ejjew ippritkaw dwar is-Saltna
Lin-nies taʼ kull ġens u lsien.
Bi mħabba mill-qalb għinu ’l għajrkom,
Iżommu lkoll sod sat-tmiem.
X’unur kbir li naqdu lil Alla!
L-aħbar naqsmu b’ferħ, b’mod żeluż.
Servizz sħiħ agħtuh, ibqgħu xandru;
U ixhdu dwar ismu glorjuż.
(KOR)
Ejjew dwar is-Saltna
bil-qlubija f’kull art ippritkaw.
B’lealtà man-naħa taʼ Ġeħova
lkoll ibqgħu stinkaw.
2. Irsistu ilkoll xhieda veri;
Il-premju hu fil-viċin.
Insegwu il-passi taʼ Sidna
Bi qlub li ġew imġeddin.
L-aħbar tajba li s-Saltna qrib hi
Jeħtieġ li jismagħha kulħadd.
Ġeħova jsaħħaħna ħa nxandru;
Bih magħna żgur ma nibżgħu qatt!
(Kor)
Ejjew dwar is-Saltna
bil-qlubija f’kull art ippritkaw.
B’lealtà man-naħa taʼ Ġeħova
lkoll ibqgħu stinkaw.
3. Ejjew nagħ’ġ oħrajn u fdal t’Alla,
Nirsistu lkoll b’lealtà.
Irġiel, nisa w tfal, bi ħsieb wieħed
Qed jimxu mal-verità.
Il-qima nqisuha tant sagra;
Rutina s-servizz mhuwiex żgur.
Lil Alla nuruh li lkoll denji
B’għemil tant qaddis u ferm pur.
(KOR)
Ejjew dwar is-Saltna
bil-qlubija f’kull art ippritkaw.
B’lealtà man-naħa taʼ Ġeħova
lkoll ibqgħu stinkaw.
(Ara wkoll Salm 23:4; Atti 4:29, 31; 1 Pt. 2:21.)