Għanja 78
Is-Sabar fit-Tul
1. Ġeħova, is-Sovran, hu
Żeluż għal ismu tant qaddis.
Jixtieq hu b’ħeġġa kbira
Inaddfu sew minn kull tinġis.
Tant ilu jissaporti,
Sa mill-eqdem żminijiet.
Paċenzja kbira juri;
Jistabar hu m’għejiex.
Lil kull xorta taʼ nies hu
Iridhom isalvaw fit-tmiem.
Das-sabar fit-tul t’Alla,
Min-naħa Tiegħu mhux dewmien.
2. Biex dejjem nogħġbu ’l Alla
Hemm bżonn sabar fit-tul nużaw.
Bih nibqgħu kalmi f’qalbna
U ma ngħaġġlux biex nirrabjaw.
T’oħrajn naraw it-tajjeb,
Nittamaw dejjem fl-aħjar.
Dan jgħinna nibqgħu stabbli
Fi żmien taʼ provi kbar.
Flimkien mal-virtujiet li
Jagħtina l-ispirtu qaddis,
Is-sabar fit-tul jgħinna
Biex nixbhu lil Alla l-għażiż.
(Ara wkoll Eżo. 34:14; Is. 40:28; 1 Kor. 13:4, 7; 1 Tim. 2:4.)