Għanja 6
It-Talba tal-Qaddej t’Alla
1. Int il-Missier tas-sema w Sovran,
Dejjem ħa jkun meqjum ismek setgħan.
Qalbek bi ħniena tant kbira tfur,
Dejjem leali, dejjem fiż-żgur.
Dejjem int leali w żgur,
Mill-qalb tiegħek ħniena tfur.
2. Naqqax ġo fina mħabba għas-sew.
Għinna nobduk kuljum bla ma negħjew.
Ma’ liġijietek nibqgħu viċin,
Nagħtu lin-nagħ’ġ li nsibu t-tagħlim.
Nagħtu lin-nagħ’ġ it-tagħlim,
U mal-liġi lkoll viċin.
3. Tina jekk jogħġbok din l-għotja lkoll:
Għerf tant divin u mħabba f’qalbna wkoll.
Għinna inħennu, nħobbu bla qjies,
Biex jagħrfu ’l Alla l-kbir ngħinu n-nies.
Biex lil Alla jagħrfu n-nies.
Għinna nħobbu lkoll bla qjies.
(Ara wkoll Salm 143:10; Ġw. 21:15-17; Ġak. 1:5.)