Għanja 112
Kbir Alla Ġeħova
1. O Kbir Ġeħova, inti jistħoqqlok
Glorja, qawwa, w kull unur;
Bil-ġustizzja triqtek tfur.
Taħkem bis-sewwa; sod hu t-tron tiegħek.
Alla int għal dejjem żgur.
2. Int lest li taħfer tagħna l-iżbalji;
F’dan tassew ħanin ma’ dawk
Li fil-ħniena jimitawk.
Kbar il-ġustizzja, l-qalb tajba tiegħek;
F’kulma tagħmel dan narawh.
3. Ħa jagħtuk ġieħ kemm nies u kemm anġli.
Ħa jitqaddes ismek kbir;
Ħadd ma jċaħħdu mit-tifħir.
Tiġi Saltnatek biex kif fis-sema,
Fl-art ukoll li trid isir.
(Ara wkoll Dt. 32:4; Prov. 16:12; Mt. 6:10; Riv. 4:11.)