Għanja 5
Kristu, l-Eżempju Tagħna
1. Alla kemm ta barkiet;
Imħabbtu intweriet
Meta lill-bniedem ’l-għażiż Ibnu ta.
Kristu sar ħobżna wkoll,
Biex hu jitmagħna lkoll.
B’hekk fis-sliem ngħixu għall-eternità.
2. Għallem Ġesù bit-talb;
Kuljum noffruh mill-qalb,
Isem Ġeħova imqaddes ħa jkun.
Tiġi is-Saltna trid
U jsir dak li hu jrid.
Itlob li ħobżna jagħtina kuljum.
3. Għallem is-sew Ġesù;
Bil-ħlewwa tkellem hu
Ma’ dawk li bħal nagħ’ġ leali imxew.
Tas-Saltna it-tifħir
Se jidwi bix-xandir.
Bil-kuntentizza u l-ferħ se nimtlew.
(Ara wkoll Mt. 6:9-11; Ġw. 3:16; 6:31-51; Efes. 5:2.)