Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 89

L-Appell mill-Qalb taʼ Ġeħova: “Ibni, Kun Għaref”

L-Appell mill-Qalb taʼ Ġeħova: “Ibni, Kun Għaref”

(Proverbji 27:11)

1. Agħtuni qalb sħiħa,

żagħżugħa u żagħżugħ,

Biex ’l-għadu kbir tiegħi

tweġiba f’waqtha ntuh.

Mill-qalb b’devozzjoni

żgħożitek ferm żejjint;

U turi ’l kulħadd

li għalija trid tgħix int.

(KOR)

Ibni maħbub, binti l-għażiża,

Ferraħli qalbi w għaref tkun.

Int lest biex taqdini b’qalb sħiħa,

Minn jeddek b’hekk tfaħħarni llum.

2. Kun hieni u tgħaxxaq

għax ħeġġa nara fik;

Jekk forsi titfixkel,

għajnuna żgur nagħtik.

Jekk bniedem jipprova

iqarraq bik b’xi mod,

Nixtieqek tistabar

għax minnek jien mhux bogħ’d.

(KOR)

Ibni maħbub, binti l-għażiża,

Ferraħli qalbi w għaref tkun.

Int lest biex taqdini b’qalb sħiħa,

Minn jeddek b’hekk tfaħħarni llum.