Għanja 1
L-Attributi taʼ Ġeħova
1. Ġeħova int biss qawwi u kbir,
Tal-ħajja s-Sors u tipprovdi t-tidwil.
Il-ħolqien fih setgħa bla paragun;
Kemm ikbar jumek żgur se jkun.
2. B’ġustizzja t-tron glorjuż int sejjist.
Mal-ġnus għarraft kull kmand ġust li għamilt.
Hekk kif induru lejn Kelmtek naraw
Għemejjel t’għerf li jispikkaw.
3. L-akbar minn dawn hi mħabbtek li tfur.
Tiegħek l-għotjiet għandhom l-ogħla valur.
Inxandru kull attribut maestuż,
U ’l ismek kbir u tant glorjuż.
(Ara wkoll Salm 36:9; 145:6-13; Ġak. 1:17.)