Għanja 110
L-Għemejjel Meraviljużi t’Alla
(Salm 139)
1. O Alla, ħadd ma jafni daqsek,
Meta nimtedd u meta jien inqum.
Tgħarbel il-ħsibijiet ġewwinin tiegħi,
T’għemili u taʼ kliemi
dejjem konxju tkun.
F’ġuf ommi int rajtni nintiseġ,
Qatt ma kien moħbi għadmi minn għajnejk.
Surti int rajt; bil-kitba tniżżel kollox.
Infaħħar triqtek u is-setgħa
taʼ idejk.
Tiegħek l-għarfien hu kbir u tant tal-għaġeb;
U jien naf dan għax int għarraftni bih.
Jekk nibżaʼ li fid-dlam nistaʼ nintilef,
O Alla, xorta ssibni ġewwa fih.
Ġeħova, fejn nistaʼ ninħeba?
Fejn nistaʼ mmur biex wiċċek naħrab jien?
La f’xi post għoli, lanqas f’qiegħ il-Qabar;
La f’post mudlam jew f’oċean, għax m’hemm imkien.
(Ara wkoll Salm 66:3; 94:19; Ġer. 17:10.)