Għanja 103
“Minn Dar Għal Dar”
1. Minn dar għal dar, minn bieb għal bieb,
L Ġeħova inxandruh,
Minn belt għal belt, minn triq għal triq,
Nagħ’ġ Alla mhux bil-ġuħ.
L-aħbar li s-Saltna t’Alla hawn,
Żmien ilu Kristu stqarr
Tixxandar din fl-art kollha minn
Kristjani kbar u żgħar.
2. Minn dar għal dar, minn bieb għal bieb,
Ħelsien nipproklamaw.
Ġeħova jsalva biss lil dawk
Li f’ismu lkoll jafdaw.
Kif jistgħu jsejħu ismu dawn
Jekk ma sarux jafuh?
F’kull dar, f’kull bieb se nagħmlu żgur
Li ismu l-kbir ngħarrfuh.
3. Immorru b’hekk minn bieb għal bieb
Bl-aħbar tas-Saltna llum.
U jekk iħaddnuhiex jew le,
F’idejn in-nies se jkun.
B’hekk isem Alla se nxandruh,
Flimkien mal-verità.
Hekk kif infittxu sew f’kull dar,
In-nagħ’ġ taʼ lealtà.
(Ara wkoll Atti 2:21; Rum. 10:14.)