Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 91

Missieri, Alla Tiegħi, u Ħabib

Missieri, Alla Tiegħi, u Ħabib

(Ebrej 6:10)

1. Iebsa il-ħajja taf tkun.

Il-ħajja t’issa ġġib dmugħ u wġigħ.

Xorta kuljum nibqaʼ ngħid,

“Għalxejn din ħajti mhix.”

(KOR)

Għax Alla mhu inġust qatt,

Biex jinsa dik l-imħabba li wrejt.

Għalhekk hu dejjem qribi;

Minn Ġeħova qatt ma ntesejt.

Hu dejjem jipprovdili,

sal-aħħar nett jien fih kenn insib.

O Ġeħova, int Missieri,

Alla, w Ħabib.

2. Żmien iż-żgħożija kif tar;

F’ħajti l-inkwiet joktor kulma jmur.

Iżda b’tal-fidi l-għajnejn,

It-tama nara żgur.

(KOR)

Għax Alla mhu inġust qatt,

Biex jinsa dik l-imħabba li wrejt.

Għalhekk hu dejjem qribi;

Minn Ġeħova qatt ma ntesejt.

Hu dejjem jipprovdili,

sal-aħħar nett jien fih kenn insib.

O Ġeħova, int Missieri,

Alla, w Ħabib.

(Ara wkoll Salm 71:17, 18.)