Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 66

Naqdu lil Ġeħova b’Ruħna Kollha

Naqdu lil Ġeħova b’Ruħna Kollha

(Mattew 22:37)

1. O Ħakkiem Sovran, Ġeħova,

Lilek inħobb u rrid li nobdik.

Devozzjoni sħiħa ħaqqek;

Inti tafdani, mħabbti nurik.

B’ferħ inwettaq kulma tixtieqni;

Ordnijietek jien se nżomm sod.

(KOR)

O Ġeħova, int jistħoqqlok

Li b’ruħi kollha nkun lejk devot.

2. Xogħ’l idejk, Missier, ifaħħrek.

L-art, qamar, kwiekeb kemm jagħtuk ġieħ.

B’ħajti w b’saħħti kollha lilek

Naqdi u nxandar ’l ismek sabiħ.

Ruħi ddedikajt bis-sħiħ lilek;

Din il-wegħda rroddlok b’kull mod.

(KOR)

O Ġeħova, int jistħoqqlok

Li b’ruħi kollha nkun lejk devot.