Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 34

Ngħixu Kif Jixraq lil Isimna

Ngħixu Kif Jixraq lil Isimna

(Isaija 43:10-12)

1. Glorjuż Ġeħova, etern u setgħani,

Fil-ħaqq perfett, u fl-imħabba bla tmiem.

Int sors taʼ kull verità u fl-għerf tisboq,

Alla Sovran, mis-smewwiet int Ħakkiem.

Aħna nitgħaxxqu naqduk bħala poplu;

B’ferħ dwar is-Saltna inxandru flimkien.

(KOR)

Kbir hu l-unur li naqduk bħala Xhieda.

Ngħixu kif jixraq ’l isimna f’kull żmien!

2. Naħdmu mal-aħwa fix-xogħ’l sagru tiegħek;

Dan żgur jgħaqqadna fl-imħabba, fis-sliem.

Bil-ferħ nimtlew għax tifħirek qed joktor.

Nuru qdusitek u naqsmu l-għarfien.

L ismek inġorru, Ġeħova, Missierna,

Aħna kburin li nxandruk kullimkien.

(KOR)

Kbir hu l-unur li naqduk bħala Xhieda.

Ngħixu kif jixraq ’l isimna f’kull żmien!