Għanja 98
Niżirgħu Żerriegħa tas-Saltna
1. Ejjew taʼ Ġeħova l-qaddejja,
Li qlubkom u ruħkom tajtuh.
Ħa naħdmu fix-xogħ’l li ta Sidna,
Ta’ Kristu l-mudell insegwuh.
Niżirgħu il-verità bil-kuraġġ
Fi qlub li irendu il-frott
B’tifħir ’l Alla, jekk b’fidi nagħmlu ix-xogħ’l,
U seh’m sħiħ kulħadd fl-għalqa irodd.
2. Xi żrieragħ li tiżraʼ jinxterdu
Fi qlub daqs il-ġebel ebsin.
Għalkemm dawn jilqgħuhom għal ftit biss,
X’hemm f’qalbhom se jidher fil-ħin.
Ir-regħba fi qlubhom toħnoq bħax-xewk;
Fil-frugħa tad-dinja jinħlew.
Xi żrieragħ żgur jinbtu; dan int se tarah,
Minn art tajba, fertili tassew.
3. Kemm tagħmel suċċess fix-xogħ’l tiegħek
Irid jiġi minnek taʼ spiss.
B’paċenzja u mħabba lejn għajrek,
Iwieġbu mill-qalb kif imiss.
Jekk għassa int tibqaʼ tkeċċi l-beżgħat
Li għandhom bil-ħlewwa, b’kuraġġ.
U b’ferħ u bit-tama fil-ħsad se ssib żgur
Tletin jew mija ħaddnu l-messaġġ.
(Ara wkoll Mt. 13:19-23; 22:37.)