Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 29

Nimxu bl-Integrità

Nimxu bl-Integrità

(Salm 26)

1. Għarbilni Jah, ara il-lealtà;

Fiduċjuż fik u lejk inżomm l-integrità.

Eżaminani u pprovani sew,

Irfina ’l-moħħ u ’l-qalb, berikni int tassew.

(KOR)

Determinat Li għall-eternità

Se nibqaʼ sod bħall-blat F’li nżomm l-integrità.

2. Jien ma noqgħodx ma’ dak li hu giddieb.

Ma’ min is-sew jistmerr żgur qatt ma nagħmel ħbieb.

Man-nies mill-agħar, jekk jogħġbok teqridnix;

Ma’ dawk li kollhom ġlied u jxaħħmu tħallatnix.

(KOR)

Determinat Li għall-eternità

Se nibqaʼ sod bħall-blat F’li nżomm l-integrità.

3. Wisq nieħu gost li ngħammar f’darek jien.

Il-qima pura ferm nappoġġa bla waqfien.

F’kull ħin inkun madwar artalek kbir

Biex jien nirringrazzjak; f’kull art nagħtik tifħir.

(KOR)

Determinat Li għall-eternità

Se nibqaʼ sod bħall-blat F’li nżomm l-integrità.

(Ara wkoll Salm 25:2.)